Kelma tal-Ħajja għal Ottubru 2025. Moviment tal-Fokolarini

“L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej li għamel is-sema u l-art” (Sal 121 [120], 2)

Hawn xi ħadd li xi darba jew oħra ma ħassux jaqta’ qalbu fil-ħajja?

Anki l-awtur tas-Salm 121 għex il-qtigħ il-qalb meta kien għaddej minn ċirkustanzi diffiċli, u staqsa lilu nnifsu mnejn seta’ jġib l-għajnuna li kellu bżonn.

Fit-tweġiba għal din il-mistoqsija, hu jagħmel stqarrija ta’ fidi li turi l-fiduċja kbira tiegħu f’Alla. Jitkellem b’konvinzjoni kbira dwar il-Mulej li jħares u jieħu ħsieb kull persuna u l-poplu kollu, u dan juri ċertezza li tidher li twieldet minn esperjenza profonda personali.

Aktar