Xogħol bil-prekarjat
Kull ħaddiem jippreferi li l-imgħallem tax-xogħol tiegħu jiffirma miegħu kuntratt li jagħtih serħan tal-moħħ li se jirċievi paga ġusta għal ħidma ġusta, sal-eta’ tal-irtirar. L-ebda ħaddiem ma jixtieq ikollu kuntratt li jiġġedded xahar b’xahar.
Xogħol li jiġġedded xahar b’xahar jissejjaħ xogħol bil-prekarjat.
Kull min jaħdem b’din is-sistema, jaħrab minnha l-ewwel ċans li jsib job li jagħtih aktar sigurta’ u serħan il-moħħ.
Aktar