V Nerfgħu ruħna lejn il-Mulej li fih hi t-tama kollha tagħna u, b’fiduċja fil-qawwa tiegħu, nitolbuh: Qajjem il-qawwa tiegħek, Mulej, u ejja ħa ssalvana.
1. Alla tal-eżerċti, ħu ħsieb il-Knisja li Ibnek ħawwel bħal dielja fid-dinja biex tħejji qlub il-bnedmin għal meta jerġa’ jiġi. Nitolbu
2. Dawwal lill-mexxejja u liċ-ċittadin tad-dinja biex jagħrfu japprezzaw u jħarsu d-dar komuni li fdajtilhom f’idejhom biex jieħdu ħsiebha. Nitolbu
3. Nitolbuk għal dawk li jħossuhom qed jitħabtu għalxejn sabiex il-qtigħ ta’ qalb tagħhom jinbidel f’tama. Nitolbu
4. Ħa tkun il-komunità tagħna komunità li tishar attenta għall-preżenza u l-ħidma tiegħek fid-dinja. Nitolbu
V Mulej, inti Missierna; aħna t-tafal u inti l-fuħħaru. Ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek, ir-rimja li int kabbart għalik. Bi Kristu Sidna