Home > Ġenerali > 15-il statwa tal-Madonna flok dawk li tkissru mill-Jihadisti f’Nineveh

15-il statwa tal-Madonna flok dawk li tkissru mill-Jihadisti f’Nineveh


L-Erbgħa, 9 ta’ Awwissu 2017: Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li fil-jiem li għaddew f’diversi bliet u rħula fil-Pjanura ta’ Nineveh fl-Iraq li għal żmien twil kienet abitata mill-insara, tpoġġew 15-il statwa tal-Madonna ta’ Lourdes biex jieħdu post dawk li tneħħew u tfarrku mill-Jihadisti fit-tliet snin li l-post kien maħkum mill-ISIS.

It-tqegħid ta’ dawn l-istatwi sar fil-preżenza ta’ xi nsara li rritornaw fir-reġjun bit-tama li s-sitwazzjoni tirritorna għan-normal bil-mod il-mod, fost talb u kant reliġjuż.

Din l-inizjattiva kienet possibbli grazzi għall-għajnuna tal-Assoċjazzjoni Kattolika Franċiża “L’Oeuvre d’Orient” wara li d-Direttur Ġenerali tagħha, Fr. Pascal Golinish, kien għamel żjara fil-post u n-nota n-numru kbir ta’ slaleb u statwi tal-Madonna u ta’ Kristu, imfarrka.

F’Marzu li għadda diġa’ kienu ntbagħtu 15-il statwa oħra tal-Madonna ta’ Lourdes lejn Nineveh wara li kienu tbierku f’Lourdes mill-Isqof Nicholas Brouwet.
It-tqegħid ta’ dawn l-istatwi fid-diversi knejjes qed isiru fil-preżenza ta’ Iaqfijiet, saċerdoti u lajċi li rritornaw lejn pajjiżhom wara tliet snin rifuġjati.

Sadattant il-Ministeru Iraqi tal-Immigrazzjoni qal li aktar minn kwart ta’ miljun persuna irritornaw lejn il-bliet u l-irħula oriġinali tagħhom fuq il-Pjanura ta’ Nineveth. L-istess Ministeru f’Ġunju li għadda kien ikkonferma li 820,000 persuna kienu telqu mill-inħawi.

Fost dawk li issa mistennija jirritornaw lejn Nineveh hemm eluf ta’ nsara li telqu millpajjiż f’Lulju uAwissu tal-2014 li kienu ħarbu lejn il-Kurdistan. Dawn diġa’ bdew jirritornaw bil-mod il-mod lejn il-pajjiż.

Mil-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: