Home > Aħbarijiet > Ma nħobbux bil-kliem imma bl-għemil

Ma nħobbux bil-kliem imma bl-għemil


L-Erbgħa, 1 ta’ Novembru 2017: Il-Kunsill Pontifiċju għall-Evanġelizzazzjoni ppublika d-dokument, Love not in Word But in Deed, li huwa dwar l-ewwel Jum Dinji għall-Foqra li se jkun imfakkar kull sena fit-33 Ħadd matul is-Sena u li fl-2017 ser jaħbat fid-19 ta’ Novembru  2017. 

CaptureMa nħobbux bil-kliem imma bl-għemil hija t-tema magħżula għal dan il-jum fl-2017.  F’Ġunju li għadda l-Papa Franġisku kien bagħat messaġġ li fih fakkar kif l-ewwel insara kienu jbigħu ġidhom u kulma kellhom u jqassmu d-dħul bejn kulħadd, skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed” (Atti 2:45).  Madankollu, kompla l-Papa, ġew waqtiet meta l-Insara ma tawx widen sal-aħħar lil din is-sejħa, u ttieħdu mill-mentalità tad-dinja. Imma l-Ispirtu s-Santu ma naqasx li jerġa’ jsejħilhom biex iżommu ħarsithom imsammra fuq l-essenzjal. Fil-fatt, qajjem irġiel u nisa li b’ħafna modi offrew ħajjithom għall-qadi tal-foqra.

F’paġni 84 sa 86 tad-dokument hemm numru ta’ proposti pastorali filwaqt li minn paġna 49 sa 82 hemm velja ta’ talb li tista’ ssir għal din l-okkażjoni.

Biex tara l-messaġġ kollu tal-Papa Franġisku bil-Malti, idħol f’din il-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/Fr1_Messagg_Jum-Foqra_2017_13062017.htm

Għad-dokument innifsu klikkja hawn … Jum il-Foqra 2017

 

 

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: