Il-Papa bagħat il-kondoljanzi lill-popli tal-Iraq u l-Iran milquta minn terremot qawwi ħafna


Il-Papa Franġisku bagħat messaġġi ta’ kondoljanzi lill-poplu tal-Iran u tal-Iraq wara li terremot qawwi ħalla ħerba u mal-400 vittma l-aktar fl-Iran. Il-Papa wiegħed is-solidarjetà tiegħu lil dawk kollha milquta minn din it-traġedja u offra t-talb għall-vittmi. Huwa talab ukoll barkiet ta’ faraġ u qawwa fuq dawk li qed jagħtu l-ewwel għajnuna u l-awtoritajiet ċivili.

Iran-earthquake-878923

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.