Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħadd, 7 ta’ Jannar 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd, 7 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 2, 1-12

Dan ir-rakkont jinsab biss fl-Evanġelju ta’ Mattew li ma jsemmix iż-żjara tar-rgħajja kif jagħmel Luqa, li minn naħa tiegħu ma jgħidilna xejn dwar iż-żjara tal-maġi.

Fiż-żmien li qed nitkellmu dwaru, is-Sultan Erodi kien wasal fl-aħħar tas-saltna tiegħu, fl-aħħar ta’ ħajtu. Kien bniedem maħkum mill-għira u mill-biża’ li l-għira ġġib magħha. Ftit qabel dawn il-ġrajja kien qatel tnejn minn uliedu għax kienu popolari iktar minnnu u iben ieħor, Antipater, kien miżmum, suspettat bl-istess akkuża. Minn naħa l-oħra, in-nies kienu qed jistennew il-faraġ ta’ Iżrael, anke jekk mhux kif kien qed jibgħatu Alla skont il-wegħda tiegħu. Erodi ma kienx Lhudi iżda mill-Idumea u barra minn hekk kien maħtur sultan mill-ħakkiema Rumani. Għal-Lhud Erodi kien sinjal ħaj tal-ħakma Rumana u tal-jasar li imponew fuqhom f’pajjiżhom stess. Sa ċertu punt il-Lhud kienu jħosshuhom barranin f’darhom. Għalhekk kienu ħafna li kienu jixtiequ l-waqa jew il-mewt ta’ Erodi.

Jidher ukoll, minn kitbiet oħra, li kienet teżisti x-xnieha li kewkba kellha tkun is-sinjal ta’ twelid ta’ sulatn likellu jġib bidla radikali. Is-sultan il-ġdid kellu jkun mil-Lhud. Dan jista jkun ġej mit-tixrid ta’ kitbiet lhud li kienu jħabbru l-Messija. Il-profeta Balam jitkellem dwar il-kewkba ta’ Ġakobb (Iżrael). Bejn kitbiet u qlajjiet kien inħoloq ambjent ta’ stennija ta’ xi ħaġa jew xi ħadd li se jiġi u jqiegħed kollox f’postu, ambjent ta’ tama, li fost it-taqlib u t-tirannija tas-slaten, il-popli kienu se jitfarrġu. Dan jiċċaralna anke l-kuntest li fih dan ir-rakkont jieħu xejra ta’ manifestazzjoni lill-ġnus; il-ġnus kollha kienu qed istennew u l-ġnus kollha laqgħuh.

Il-maġi mil-Lvant, la nafu min kienu u lanqas nafu minn fejn ġew. Nafu biss li raw sinjal li kienu jistennew li jaraw xi darba u mxew warajh. Kienet ħaġa normali, b’mod speċjali fid-deżert u fuq il-baħar, u għada sallum li l-kwiekeb jagħtu direzzjoni lejn postijiet; imġieba mibnija fuq l-istudju tal-kwiekeb u ċ-ċaqliq tagħhom. Iżda kienet ħaġa normali wkoll dak iż-żmien li fil-kwiekeb kienu jaraw tħabbira ta’ ġrajjiet. Dawn il-maġi raw ċaqliq mhux tas-soltu u bejn dak li kienu jafu u bejn it-tama tagħhom, għarfu fih it-twelid tas-sultan li ħafna kienu jistennew. U mxew warajh.

l-għan tagħhom ma kienx li jsibu l-verità jew xi idejal ieħor. Minn dak li jgħid Erodi jidher li l-għan tagħhom kien li jagħtu ġieh lil dan is-sultan ġdid. Ma kellhomx dubju dwar minn kien u l-anqas Erdoi ma’ kellu. Kullma ried ikun jaf Erdoi kien, mhux jekk kellux jitwieled, iżda fejn twieled. Dak li kellu jiġri kien ġara.

Il-ġrajja li jirrakkonta Mattew ma turix dubji dwar il-fatti f’dawk li jissemmew, iżda differenza fil-mod kif laqgħu il-fatti. Il-pagani ġew mill-bogħod biex jagħtu ġieh. Dawk ta’ ġewwa, li kienu qrib, riedu jneħħuh minn nofs.

Nies li jiġġerrew u jivvjaġġaw biex isibu dak li kien moħbi għalihom u nies li dak li kellhom quddiem għajnjehom werwirhom u qanqal fihom l-ispirtu ħażin tal-għira u l-mibgħeda.

Hemm min jagħmel minn kollox biex jissieħeb ma’ Alla u jadurah u hemm min lil Alla jarah bħal theddida u jrid jagħmel minn kollox biex jeqirdu. Hawn min jgħid li m’hemmx min jemmen f’Alla iktar minn dawk li jiġġieldu l-eżistenza tiegħu. Ħadd ma jiġġieled fantażma. Jekk tiġġieled ma’ xi ħadd, jew kontra xi ħadd, qed tiġġilidlu għax qiegħed hemm u trid teqirdu.

Alla ma hu monopolju ta’ ħadd. Qiegħed hemm għal kulħadd. Iżda mhux kulħadd iġib ruħu l-istess quddiem il-preżenza tiegħu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: