19-il reliġjuż maqtula fl-Alġerija 22 sena ilu se jkunu dikjarati martri


L-Erbgħa, 10 ta’ Jannar 2018: Isqof, seba’ patrijiet Trappisti u 11-il reliġjuż oħra nisa u rġiel li kienu nqatlu minn grupp ta’ estremisti fl-Alġerija fis-snin 90, se jkunu rikonoxxuti bħala martri.

Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li d-digriet għall-beatifikazzjoni tagħhom mistenni jkun publikat dan ix-xahar, skont it-Trappista Fr. Thomas Georgeon li hu l-postulatur tal-kawża tagħhom.

Il-konflitt imdemmi li dam sejjer għaxar snin bejn il-forzi tal-Gvern u estremisti Islamiċi, ħalla għexieren ta’ eluf ta’ persuni mejta. Fosthom inqatlu 19-il-reliġjuż li l-mewt tagħhom kienet deskritta bħala “martirju f-nofs baħar ta’ vjolenza u tifrik”, fl-Alġerija.

SCENE FROM MOVIE 'OF GODS AND MEN'

“Li jingħata omaġġ lil dawn id-19-il martri nisrani ifisser li jkun qed jingħata omaġġ ukoll lill-memorja ta’ dawk kollha li taw ħajjithom fl-Alġerija tul dawk is-snin tad-dlam għax dawn kienu mietu għal pajjiżhom u għall-fidi tagħhom”, qal Fr Georgeon.

Il-kunflitt fl-Alġerija kien beda fl-1992 meta l-Armata ħassret l-elezzjonijiet ġenerali fil-pajjiż li kien jidher li se tintrebaħ minn politiċi fundamentalisti. F’dik l-okkażżjoni l-Armata kienet niżlet b’saħħa kbira fuq il-moviment politiku msejjaħ Front għas-Salvazzjoni Islamika.

Gruppi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem jgħidu li madwar 44,000 persuna, il-biċċa l-kbira tagħhom nies ordinarji, inqatlu fil-gwerra bejn il-forzi tal-Gvern u l-forzi estremisti.

Is-saċerdoti u reliġjużi li jinsabu fit-triq għall-qdusija mietu bejn l-1993 u l-1996. Fosthom kien hemm l-Isqof Pierre Lucien Claverie li nqatel flimkien mas-sewwieq tiegħu b’bomba li tħalliet mal-bieb tar-residenza tiegħu. Inqatlu wkoll seba’ patrijiet Trappisti li kienu nħatfu mill-monasteru ta’ Tibhirine u grupp ta’ terroristi Islamiċi mħarrġa mill-Al Qaida, qatulhom rashom barra.

L-istorja ta’ dawn il-patrijiet trappisti spiċċat miġbura f’film “Of God and Men” li kien rebaħ l-ogħla premju fil-Festival tal-Films ta’ Cannes fl-2010.

Ara aktar dettalji fil-Catholic Herald … http://www.catholicherald.co.uk/news/2018/01/05/monks-killed-in-algeria-to-be-recognised-as-martyrs/

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.