Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 1, 40-45

Ma jistax kien f’xi wieħed mir-rħula jew bliet. Il-marid bil-lebbra qatt ma seta jersaq lejn fejn kienu joqgħodu n-nies. Kellhom jgħixu barra fil-kampanja, u meta jivvjaġġaw, jilbsu u jitgħattew b’ ċertu mod u huma u miexja jgħajtu u jwissu lil kulħadd li għaddejjin huma.

Il-marda tal-lebbra, mhux biss kienet meqjusa bħala kastig ta’ dnubiet serji, iżda kienet kawża ta’ ħsarat kbar fost il-popolazzjoni jekk tixtered. Min kien marid bil-lebbra, kellu mhux biss jgħaddi mit-tbatija tal-marda iżda kellu jinqata’ għal kollox mill-familja tiegħu u mis-soċjetà li fiha kien jgħix. Xi ftit jew wisq, l-evanġelista id-dnub bħala l-kawża tagħha iżda jara fiha, b’mod simboliku, x’jiġri meta wieħed spiritwalment jittebba bid-dnub; id-dnub iġib fuq il-bniedem, l-istess effetti tal-marda.

Ġesù kien għaddej fil-vjaġġi tiegħu bejn raħal u ieħor. San Mark jgħidilna li dan ir-raġel lebbruż, jersaq lejn Ġesù. Huwa għemil li jikser il-liġi, għemil kriminali minħabba li l-liġi kienet tipprojbixxi laqgħat bħal dawn. Iżda hu ma kellux x’jitlef. Il-marda kienet ħakmitlu ġismu kollu u ma kienx hemm tama ta’ fejqan. Issogra li jħaġġruh imma s-sogru tiegħu kien ukoll influwenzat mill-ideja li hu kellu ta’ Ġesù. Kif seta’ xi ħadd li jippriedka l-ħniena u l-mogħdrija, kif seta’ xi ħadd li jfejjaq lil min jersaq quddiemu marid, iwasslu għal tmiem daqshekk kiefer!

Il-mof kif jindirizza lil Ġesù jurina li dan ir-raġel emmen li f’Ġesù hemm qawwa ħafna ikbar minn dik li soltu jkollhom il-bnedmin. Jinżel għarkopptejh quddiemu f’attitudni ta’ adorazzjoni iktar minn ta’ pazjent li jersaq lejn tabib, jew ta’ midneb li jersaq quddiem bniedem li jista’ jitlob lil Alla jaġfirlu. F’Ġesù dan ir-raġel jara lil Alla, u jikkonferma dan bit-talba tiegħu: jekk trid tista’ tfejjaqni. Dan il-kliem juri li r-raġel, anke fit-tbatija kiefra tiegħu, emmen żewġ affarijiet li kull dixxiplu għandu jżomm f’moħħu: li Ġesù huwa Alla u li r-rieda tiegħu għandha tkun dejjem l-ewwel u qabel kollox. Mhux l-ewwel darba, li fit-talb tagħna nuru li naħbu li aħna Alla u Alla hu l-qaddej fidili tagħna, li jekk ma jaqdiniex mill-koxxa, x’ħin u fejn irridu aħna, se jaqlagħha. Ħafna drabi t-talb tagħna iktar minn talb jidher theddid jew tixħim; eżatt kif inġibu ruħna bejnietna. Ma’ Alla dawn il-metodi ma jaħdmux.

Il-ħniena u l-moghħdrija mhumiex biss kliem sabiħ fuq fomm Ġesù. Il-kliem juri kif iġib ruħu mhux bil-maqlub. Aħna mdorrijin bil-kontra. Għalina l-għemil hu l-prova tal-kliem u jekk l-għemil ma jkunx hemm, mela l-kliem ma jiswa xejn. Għal Alla bil-maqlub; il-kliem jispjega l-għemil, u allura jekk hemm il-kliem diġa hemm l-għemil. Aħna nitkellmu u nagħmlu; Alla jagħmel u jitkellem. Messu, kiser hu wkoll il-liġi, imma l-ħniena tiġi qabel il-liġi, u wara li wrieh ir-rieda tiegħu x’inhi, ir-raġel indaf. Immedjatament indaf. Għal darb’oħra Marku jurina l-urġenza, l-immedjatezza ta’ dak li jseħħ. M’hemmx żmien x’jintilef.

Il-kelma li Ġesù jgħid lir-raġel ukoll turi urġenza. Mur uri ruħek lill-qassis biex tkunilhom ta’ xhieda. Ma nafux eżatt għalfejn din l-urġenza fi kliem Ġesù. Imma żġur li ried li l-konferma tal-fejqan tiġi minn fejn kellha tiġi skont il-liġi. Uriehom u kun grat bl-offerta li tagħmel. Issa fiqt imma dan ma jtikx il-lala li ma timxix mal-liġi u mal-ordni stabbilit. Il-konverżjoni u d-dixxipulat mhumiex skuża valida biex wieħed jagħmel li jfettillu. Issa li fiqt, qed jgħidlu Ġesù ġejt integrat mill-ġdid fis-soċjetà; irrispettaha.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: