Qbiela ma jitħallew jimxu skont il-kuxjenza

Print Friendly, PDF & Email

It-tneħħija tad-dritt, li l-qbiela jitħallew jimxu skont il-kuxjenza tagħhom, qed iwassal biex is-Servizz tas-Saħħa fir-Renju Unit (NHS) mhux qed isib qwiebel (midwives) biżżejjed għall-bżonnijiet tiegħu. – The Universe

Il-Ħadd 15 ta’ April 2018: Alithea Williams mis-‘Society for the Protection of Unborn Children (SPUC)’ issuġġeriet li t-tnaqqis aktarx ġej minħabba n-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kuxjenza għall-qwiebel.

Fl-2014, Mary Doogan u Connie Wood, imsejħin ‘l-qwiebel ta’ Glasgow’ u appoġġjati mill-SPUC, tilfu l-ġlieda tagħhom fil-Qorti għad-dritt li skont il-kuxjenza tagħhom ikunu jistgħu jagħżlu li ma jissorveljawx aborti.

Dakinhar, l-SPUC kienet ikkummentat: “Id-deċiżjoni tal-lum sfortunatament tagħmilha probabbli li l-qwiebel anzjani li jirrifjutaw li joqtlu lit-trabi jkunu mġiegħla jitilqu mill-professjoni.”

“Dal-kliem issa jidhru li kienu profetiċi,” Is-Sinjura Williams qalet lil ‘The Universe’. “Filwaqt li, bla dubju hemm ħafna fatturi għat-tnaqqis fl-applikazzjonijiet għall-qwiebel, il-fatt li sar kważi impossibbli li n-nies favur il-ħajja jaħdmu f’dil-professjoni hu tabilħaqq wieħed minn dawn il-fatturi.”

https://www.thecatholicuniverse.com/loss-right-conscience-costing-nhs-new-midwives-needs-16327

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading