B’qalb imħeġġa: il-prijoritajiet tal-Knisja fid-dawl ta’ Għemmaws


L-ikona ta’ Għemmaws iddawwal il-viżjoni tagħna bħala Knisja fis-soċjetà ta’ żmienna.  L-esperjenza taż-żewġ dixxipli fit-triq ta’ Għemmaws hija l-ġrajja li Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ppreżenta għar-riflessjoni tagħna fil-bini u t-twettiq ta’ pjan pastorali għad-djoċesi tagħna.

ghemmaws.JPG

Minn din il-ġrajja joħorġu qawwija erba’ attitudnijiet li trid tħaddan il-Knisja f’pajjiżna fil-mixja tagħha. Trid tkun Knisja li tisma’, Knisja li tilqa’, Knisja li takkumpanja, Knisja li toħroġ.

bonny_bloedprocessie-e1559496297180.jpg
L-Isqof Bonny

Sabiex jgħinna f’din ir-riflessjoni fil-jiem li ġejjin ser ikun hawn fostna l-Isqof ta’ Antwerp, il-Beġju, Mons Johannes Bonny, li fost appuntamenti oħra ser ikollu laqgħa mal-lajċi, b’mod partikolari dawk involuti f’ħidma pastorali fil-parroċċi, fl-għaqdiet, fl-iskejjel,  f’kunsilli u kummissjonijiet parrokjali u djoċesana, u f’kull qasam ieħor tal-Evanġelizzazzjoni.

Il-laqgħa ser issir nhar it-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2019 fis-Sala San Ġorġ Preca fl-Istitut Kattoliku, il-Floriana, u tibda fis-7.00 ta’ filgħaxija.

Minħabba l-importanza ta’ din il-laqgħa, dawk kollha involuti huma mitluba li jieħdu sehem.

 

One thought on “B’qalb imħeġġa: il-prijoritajiet tal-Knisja fid-dawl ta’ Għemmaws”

  1. This topic is very enlightening in planning to Evangelize our Communities.
    H.G Mgr Charled Scicluna had thrown us some light when he commented on Emmaus episode during the Diocesan Assembly. We shall now be further enriched during the coming meeting.
    Thank you.

Comments are closed.