Santu Wistin fit-Telgħa lejn il-Verità

Is-Seba’ Ktieb tal-Istqarrijiet

Is-Seba’ Ktieb tal-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin huwa wieħed mill-aktar kapitli importanti u profondi fil-vjaġġ spiritwali tiegħu, għax fih narawh jgħaddi minn bidla deċiżiva fil-ħsieb filosofiku u reliġjuż. F’dan iż-żmien huwa jersaq eqreb lejn il-verità Nisranija, speċjalment permezz tal-influwenza tal-filosofija Neoplatonika.

Iftaħ minn hawn is-Seba’ Ktieb ta’ Santu Wistin (pdf)

Il-kuntest tal-ktieb

F’dan l-istadju ta’ ħajtu, Wistin kien diġà telaq mill-Manikeiżmu, reliġjon li kienet tispjega l-ħażen bħala forza materjali opposta għat-tajjeb. Madankollu, kien għadu qed jfittex tweġibiet aktar ċari dwar il-problema tal-ħażen udwar in-natura ta’ Alla nnifsu.

L-influwenza tal-filosofija Neoplatonika

Wieħed mill-punti ewlenin tas-Seba’ Ktieb huwa l-laqgħa ta’ Wistin ma’ kitbiet ta’ filosofi Neoplatoniċi, probabbilment li kienu traduzzjonijiet bil-Latini ta’ Plotinu u Porfirju. Dawn il-kitbiet, lilu għinuh jifhem li:

  • Alla mhuwiex realtà materjali, imma spiritu pur.
  • Il-verità tinsab f’dimensjoni ferm ogħla minn dik li taqa’ taħt is-sensi tagħna.
  • Il-ħażen mhuwiex sustanza fih innifsu, imma nuqqas tat-tajjeb (privatio boni).

Din kienet bidla radikali fil-ħsieb tiegħu, għax għenitu jħalli warajh il-fehma materjalista tal-Manikeiżmu. Qabel, Wistin kien jistaqsi, “Minn fejn ġej il-ħażin?” Fis-Seba’ Ktieb jasal għal risposta fundamentali. Jgħid li:

  • Il-ħażen ma ġiex maħluq.
  • Il-ħażen huwa nuqqas jew korruzzjoni tat-tajjeb.
  • Il-ħażen jiġi mill-għażliet ħżiena li jagħmel il-bniedem b’mod liberu.

Din l-idea ssir pedament importanti fit-teoloġija Nisranija.

L-esperjenza spiritwali

Wistin jiddeskrivi wkoll tip ta’ esperjenza mistika fejn jara jew jifhem lil Alla bħala dawl li jinsab lil hinn minn kull realtà materjali. Madankollu huwa għadu ma jistax jasal jifhem għal kollox dan il-ħsieb. U huwa hawn li jirrealizza il-bżonn medjatur bejn Alla u l-bniedem. Huwa hawn li jintebah bil-ħtieġa ta’ Kristu.

Il-limitazzjonijiet tal-filosofija

Għalkemm il-filosofija Neoplatonika għenitu ħafna, Wistin jinduna li:

  • Din ma mhix triq sħiħa li twassal għas-salvazzjoni.
  • Din m tispjegax biżżejjed l-umanità u l-inkarnazzjoni ta’ Kristu.
  • Għalhekk hemm il-bżonn tar-Rivelazzjoni Nisranija, għax bir-raġuni umana biss ma nistgħux naslu.

Is-Seba’ Ktieb tal-Isqarrijiet ta’ Santu Wistin huwa pass kruċjali fil-konverżjoni tiegħu. Hawnhekk huwa:

  • Jitlaq mil-fehmiet żbaljati li kellu dwar Alla u mill-ħażen li kien jgħix fih.
  • Jiskopri dimensjoni spiritwali tal-verità
  • U għalkemm huwa għadu mhux kompletament konvertit, madankollu qorob ħafna lejn it-twemmin nisrani.

Dan il-ktieb jurina kif il-filosofija tista’ tkun pont lejn il-fidi, imma mhux sostitut għaliha. Hija mument ta’ dawl intellettwali li jħejji t-triq għall-konverżjoni finali, proċess li sr naqraw dwaru fil-Kotba tal-Istqarrijiet ta’ wara.


Aktar dwar Santu Wistin …

Aktar dwar l-Isqarrijiet ta’ Santu Wistin …

Email: … tsrp@agostinjani.org

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading