Addattament minn Joe Galea
Ġesù ġibed riġlejh.
L-imsiemer imsadda li sammru ‘l riġlejh
waqgħu b’ħoss taħt is-salib.
Ma damx wisq ma niżżel idu x-xellugija,
imbagħad ħeles dik tal-lemin,
iżżerżaq ħelu ħelu mis-salib kbir tal-knisja,
fil-qalba tal-belt.
Daħal fis-sala parrokkjali,
għadda minn ħdejn mara li tieħu ħsieb it-tindif,
li kif ratu, ħassha ħażin.

Ġesù nħasel
neħħa d-demm minn miegħu
… u ħareg.
Mexa lejn it traffiku.
Kien jum sajfi u ħassu tajjeb b’libsa ħafifa.
Ġesù sabha aktar bi tqila
biex jinqala’ minn salib tal- purcissjoni, …
salib tad deheb ta’ knisja oħra,
imma ftit wara, kien fuq riglejh.
Mexa lejn iċ-ċentru tal-belt.
Xufier tat-taxi li kien jistenna,
ra ‘l Ġesù li kien għadu
bil-kuruna tax-xewk imdeffsa f’rasu.
Qabel ma ġie f’tiegħu
ix-xufier ħaseb li kien qed joħlom,
u mn’Alla kien wieqaf jistenna, …
ma kienx qed isuq.
Kien ġo knisja f’Moscow li ġrat ħaġa stramba.
Katerina kienet mitlufa titlob ġo knisja f’dil-kapitali.
Ħarset lejn is-salib,
u b’għaġeb kir tagħha,
rat li hemm, imsammar sewwa …
kien hemm żagħżugħ iswed.
Ma kienx jixbah lil Ġesù.
Kien liebes …
qmis twila fuq qalziet kannella …
bi strixxi ħomor.
Fittxew u sabu …
li ż-żagħżugħ iswed imsammar hemm fuq,
kien ħabsi kundannat
għal 40 sena ġo ħabs fl-Afrika t’Isfel.
Kienu l-erbgħa nieqes kwart
meta Klara waqfet għal ftit
biex titlob ġo knisja fejn soltu kinet tmur.
Inħasdet x’ ħin rat bniedem fuq salib,
għax kienet żgura
li s-slaleb tal-knisja kienu vojta.
Resqet fil-qrib u rat mara …
samranija,
u semgħetha tibki.
Sabu li din il-mara kien waħda
mill-imġiddmin li joqogħdu fl-Indja.
Tnax il siegħa wara,
ġewwa knisja fil-Marokk,
instab żagħżugħ abjad
imsammar ma’ salib tal-altar …
fejn qablu kien hemm Ġesù.
Iż-żagħżugħ qal lil tar-Red Cross
li waħħlu fih għalxejn.
Kien hemm sinjali ta’ swat fuq sidru,
u għajnu l-waħda kienet magħluqa u minfuħa.
Dakinhar in-nies bdew jaraw!