Ċelebrazzjoni Djoċesana fil-Festa ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd li ġej


Il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il‑Ħadd, 24 ta’ Novembru 2019. Għal din il‑festa li tagħlaq is‑sena liturġika, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qed jistiednu lill‑Insara biex jingħaqdu magħhom għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5:00p.m. b’mixja ta’ fidi minn quddiem il‑monument ta’ Kristu Re, il‑Furjana, sal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fejn titkanta t‑Talba tal‑Għasar. Waqt l‑Għasar, l-Arċisqof jagħmel ir‑riflessjoni tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara u wara jagħti l‑Barka Sagramentali.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti