Talb għall-paċi fil-Kappella tal-Universita’


Iċ-Chaplaincy tal-Università se tiddedika l-laqgħa ta’ talb ta’ nhar t’Erbgħa tad-29 ta’ Jannar filgħaxija għall-interċessjonijiet għall-paċi f’Malta u fid-dinja.

Capture

Dawn l-aħħar xhur, l-esperjenza li għadda minnha pajjiżna affettwat fil-fond lis-soċjetà tagħna. Il-gwerra u l-kriżi umanitarja li għaddejjin minnhom pajjizi bħall-Afganistan u l-Yemen, it-tensjonijiet etniċi fl-Etjopja, il-problemi f’Burkina Faso, il-possibbiltà dejjem ikbar ta’ iktar vjolenza u ġlied fil-Libja, il-ħruxija fir-relazzjonijiet bejn l-iStati Uniti u l-Iran, Iżrael u l-Golf Persjan, it-tensjoni dejjem ikbar bejn l-iStati Uniti u l-Korea ta’ Fuq, kunflitti ġodda bejn l-Indja u l-Pakistan dwar ir-reġjun ta’ Kashmir, il-faqar estrem u s-servizzi governattivi imminati riżultat tal-gvern fallut fil-Venezwela, u l-problemi kbar fl-Ukrajna bejn Kyiv u l-gruppi li għandhom is-sapport tar-Russja, kollha jheddu b’mod qawwi l-komunità dinjija.

Waqt li kulħadd għandu jara kif jista’ jaħdem għall-paċi fil-ħajja ta’ kuljum, din il-laqgħa hija stedina sabiex kull min jixtieq jista’ jiltaqa’ ma’ oħrajn u flimkien jitolbu għal intenzjoni komuni.

Il-laqgħa ta’ talb tibda fis-7.30pm billi jisserva xi ikel u t-talb jibda fit-8pm. Kulħadd mistieden. Għal iktar tagħrif ċempel fuq 23402341.