Stedina biex nixegħlu xemgħa f’Sibt il-Għid

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal Jean-Claude Hollerich, President tal-Kummissjoni tal-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Kardinal Angelo Bagnasco, President tal-Kunsill tal-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Ewropa qed jistiednu lill-Kattoliċi kollha biex f’Sibt il-Għid iwasslu messaġġ ta’ tama billi dakinhar jixegħlu xemgħa fit-twieqi tad-djar tagħhom.

papa frangisku xemgha

L-iskop ta’ din l-inizjattiva hu li jissaħħaħ is-sens ta’ komunità fil-pajjiżi tal-Ewropa, anke ta’ dawk li mhumiex fl-Unjoni Ewropea. Il-Kardinali qalu li dan hu messaġġ żgħir u simboliku ta’ tama f’dan il-mument storiku u drammatiku fejn miljuni ta’ nies fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja huma affettwati minn tant tbatija u inċertezza kkawżati mill-pandemija Covid-19.

http://www.comece.eu/action/mlr/pv?&idx=452680&cid=2686&uid=5562&sid=2&cks=3af8c56b

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.