Żgħażagħ Vjetnamiżi jfakkru l-“Urbi et Orbi” fuq ir-ramel

Print Friendly, PDF & Email

Tliet żgħażagħ Vjetnamiżi sabu mod kif jesprimu l-ħajr tagħhom għat-tama u l-ispirazzjoni tal-Papa Franġisku f’dan iż-żmien tal-pandemija Covid-19 billi għamlu skultura mpressjonanti bir-ramel fix-xtajta ta’ Nam Dinh, fil-Vjetnam ta’ Fuq. Turi l-barka “Urbi et Orbi” tal-Papa u t-talb li sar fil-Vatikan fis-27 ta’ Marzu meta d-dinja kienet f’taqtiegħa mal-pandemija.

L-iskultura, kbira 4 b’5 metri, turi lill-Papa jħares lejn Kristu Msallab waqt li jitlob fis-skiet. Lai Trinh, skultur professjonali ta’ xogħol fl-injam, u ż-żewġ ħbieb tiegħu Kattoliċi, Nguyen Son u Tran għamlu l-iskultura fi tliet siegħa b’għodda sempliċi, bħal pala, sikkina u pinzell kbir.

https://www.vaticannews.va/en/world/news/2020-05/vietnam-youth-sand-sculpture-pope-francis-covid19-urbi-orbi0.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: