Quddiesa tal-Ordinazzjoni Djakonali mill-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun – 27 ta’ Ġunju


Is-Sibt, 27 ta’ Ġunju 2020: Quddiesa tal-Ordinazzjoni ta’ erba’ kandidati għad-djakonat mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. …

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tgħidx, ‘għadni żgħir’.” “Inti tmur kull fejn nibgħatek u tgħid kulma nordnalek” (Ġer 1:6-7). F’din l-espressjoni li l-Mulej jgħid lill-profeta Ġeremija hemm miġbur fi ftit kliem il-ministeru tad-Djakonat li intom, għeżież, se tilqgħu minn Alla permezz tal-Knisja tiegħu: “Tmur u tgħid”.

Fil-fatt għaref kbir tal-Knisja, Cromazio ta’ Aquileia, meta jħares lejn l-għarusa ta’ Ġesù, hu u jitlob u jikkumenta l-kliem iebsa ta’ Ġesù fejn jgħidilna: “Jekk riġlejk ikunu ta’ tfixkil għalik, aħjar mingħajrom, jekk idejk aħjar mingħajrhom, jekk għajnejk aħjar mingħajrhom” (Mt 18:8-9), kellu l-għerf biżżejjed li jgħid: ‘Isma’ Ġesù ma jridnix naslu l-ġenna min bla sieq, min bla id u min bla għajnejn għax inkella nispiċċaw l-ġenna kollha…

Intom qed tiġu ordnati f’dan il-mument ta’ ħajjitkom bħala r-riġlejn tal-Knisja. Xi tfisser? Li intom il-mibgħuta tal-karità tal-Knisja.

Imma kellu din ir-riflessjoni għaqlija: fil-Knisja r-riġlejn min huma? Huma d-djakni, l-idejn huma l-presbiteri, l-għajnejn huma l-isqfijiet u l-Knisja trid toqgħod attenta li l-ebda wieħed minnhom dawn ma jfixkilha għax aħjar mingħajru milli bih.

Imma jiena nixtieq mhux nieqaf fuq l-aspett negattiv imma fl-aspett pożittiv. Intom qed tiġu ordnati f’dan il-mument ta’ ħajjitkom bħala r-riġlejn tal-Knisja. Xi tfisser? Li intom il-mibgħuta tal-karità tal-Knisja. Fil-fatt mill-antik stess id-djaknu kien jassisti lill-isqof biex mill-artal tal-Ewkaristija jwassal l-Ewkaristija lil min ma setax ikun hemm. Hija sitwazzjoni li m’aħniex ’il bogħod minnha. U d-djakni kbar, bħalma kien San Lawrenz pereżempju, kellhom din il-missjoni kbira li jwasslu l-Ewkaristija lill-priġunieri, min kien fil-ħabs, lill-foqra, lill-morda. Kienu r-riġlejn tal-karità tal-Knisja.

“Tmur kull fejn nibgħatek” (Ġer 1:7). Il-Mulej qiegħed jibgaħtkom fejn hemm l-iżjed bżonn u l-karattru li qed jingħatalkom illum, li mhux karattru saċerdotali imma karattru ta’ qadi, karattru ministerjali. Tinsewx, għax mhux se jitteħdilkom. Intom djakni li ’l quddiem ’k Alla jrid titressqu għas-saċerdozju. Imma dan il-karattru li l-Ispirtu qaddis jagħtikom bit-tqegħid tal-idejn tal-isqof u bit-talba tal-Knisja jrid ikun magħkom mhux biss f’ruħkom għax hekk se jkun għal dejjem, imma fil-mod kif intom tghixu l-ħajja tagħkom.

“Tgħidx, ‘għadni żgħir’.” (Ġer 1:7). Anke meta tixrief fiż-żmien, qatt taqta’ qalbek miċ-ċokon tiegħek, mid-dgħufija tiegħek, mill-fatt li inti quddiem l-isfidi tal-ħajja u ċ-ċirkostanzi tħossok tassew ċkejken, tassew żgħir. Orrajt fil-kuntest tal-Qari hija kwistjoni ta’ età imma hemm tant sitwazzjonijiet oħra fil-ħajja li jipperswaduna kemm aħna żgħar, ibda mill-isqof imma nkomplu.

Jalla dan il-ministeru u dan l-ordni li l-Knisja qiegħda tagħtikom illum mhux biss ikun karattru fir-ruħ tagħkom imma jkun stil ta’ ħajja li jixbah ’il dak li neża’ l-mantar, tħażżem b’fardal u ħasel riġlejn id-dixxipli.

“Tmur kull fejn nibagħtek, tgħid kulma nordnalek” (Ġer 1:7). Kemm hi ħaġa sabiħa li inti tirċievi mingħand Alla dan id-don kbir li titkellem f’ismu. It-talba li nagħmel fuqkom illum li fil-fomm qaddis tagħkom, għax imqaddes minn Alla, il-kliem ta’ Ġesù ma jkunx ġebel biex isawwat in-nies. Imma l-kliem ta’ Ġesù jkun mezz biex intom “taqilgħu u ġġarrfu”. Tgħidli xiex? Il-ħakma tal-ħażin “teqred u tħott” is-saltna ta’ Satana u “tibni u tħawwel” (Ġer 1:9) is-saltna tal-Mulej. Bil-kelma tiegħek għaliex il-Mulej iqegħedlek kliemu fuq fommok, int tkun qaddej tal-ġnus u tas-saltniet. Itlob, itolbu li l-kelma tagħkom ma tkunx tagħkom imma tal-Mulej, li intom tmorru mhux fejn tridu imma fejn jibagħtkom il-Mulej permezz tas-superjuri leġittimi tagħkom.

Nixtieq insellem lill-parroċċa taż-Żejtun li qiegħda tilqagħna, iddedikata lil Santa Katerina verġni u martri u nifraħ b’dan id-don li l-parroċċa taż-Żejtun qiegħda tagħti tnejn minn uliedha għall-ordni tad-djakonat. Insellem lill-parroċċa tal-Ħamrun u nsellem ukoll lill-aħwa Franġiskani Kapuċċini. Jalla l-ispirtu ta’ qadi tal-foqra, għażiż ħija li inti mżejjen ukoll bl-impenji reliġjużi, l-għażla preferenzjali tal-foqra, tibagħtek biex tkun magħhom fid-dawl tal-ubbidjenza li jagħtu lis-superjuri.

Id-djakonat mhux tarġa għal xi ħaġa oħra biss fil-kuntest tas-saċerdozju; hu stil ta’ ħajja. Jalla dan il-ministeru u dan l-ordni li l-Knisja qiegħda tagħtikom illum mhux biss ikun karattru fir-ruħ tagħkom imma jkun stil ta’ ħajja li jixbah ’il dak li neża’ l-mantar, tħażżem b’fardal u ħasel riġlejn id-dixxipli u qalilna: “Intom tafu min jien. Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej u tgħidu sewwa għax hekk jien. Mela jekk jien li jien l-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin” (Ġw 13:13-14).

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Ġer 1: 4-10
Salm: 88: 21,22; 27-30
Qari II: Gal 5:16-26
Evanġelju: Ġw 13:12-20

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.