Rakkomandazzjonijiet lill-Knisja dwar abbużi sesswali fl-Awstralja


Il-Kummissjoni Rjali tal-Awstralja kienet ipproponiet lill-Knisja Kattolika 80 rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal minn abbużi li jistgħu jsiru minn nies tal-Knisja fil-pajjiż.

L-Arċisqof Mark Coleridge

Il-Knisja Awstraljana aċċettat ħafna mir-rakkomandazzjonijiet filwaqt li numru oħrajn jitolbu aktar studju. Rakkomandazzjoni li ma ġietx aċċettata hi dwar is-sigriet tal-Qrar. Il-Knisja fl-Awstralja mpenjat ruħha li tikkopera mal-awtoritajiet b’miżuri li jwieġbu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

L-Arċisqof Mark Coleridge, il-President tal-Konferenza Episkopali qal li “l-Isqfijiet huma ħerqana li jgħinu fid-diskussjoni pubblika dwar deċiżjonijiet u protokolli li jiżguraw, li tfal u adulti f’risku, jkunu f’sigurtà fil-komunitajiet tal-Knisja”. Il-Knisja fl-Awstralja esprimiet it-tama li jkollha l-opportunità li tiltaqa’ in persona mal-Avukat-Ġenerali biex tippreżenta u tiddiskuti l-osservazzjonijiet li saru mill-Vatikan dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Biex ma jinħeliex żmien, minħabba l-Covid-19 ir-risposta tal-Isqfijiet Awstraljani u tal-Vatikan kienet ingħatat bil-kitba.

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-09/australia-holy-see-commission-response.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea