Miraklu minn lajka Taljana


Il-Papa jirrikonoxxi miraklu li sar minn Taljana b’diżabilità permanenti.

Gaetana Tolomeo, magħrufa bħala ‘Nuccia’, hi lajka Taljana li għaddiet ħajjitha kollha ġos-sodda jew fuq siġġu tar-roti. Ħajjitha għaddietha titlob, b’mod speċjali t-talba tar-Rużarju. Kif ukoll kienet ta’ għajnuna għal diversi saċerdoti, reliġjużi u lajċi li kienu jmorru għandha għal xi parrir.

Fl-1994, Gaetana kienet tkun mistiedna fuq radju lokali, bil-għan li twassal l-Evanġelju lill-priġunieri, prostituti, drogati u familji fi kriżi.

Xahrejn qabel il-mewt tagħha waslet messaġġ liż-żgħażagħ: “Għalkemm ħajti ddependiet mill-oħrajn, imma l-ispirtu tiegħi baqa’ dejjem żgħażugħ. Is-sigriet tal-ferħ u tal-ispirtu żgħażugħ hu Kristu.

Għal aktar tagħrif …

https://www.catholicnewsagency.com/news/pope-francis-recognizes-miracle-attributed-to-italian-lay-woman-who-died-in-1997-70768