140 migrant imutu fl-ikbar nawfraġju ta’ din is-sena

Print Friendly, PDF & Email

Mill-inqas 140 migrant li kienu abbord fuq vapur li kien sejjer fi triqtu lejn l-Ewropa spiċċaw mgħarqa barra l-kosta tas-Senegal, li dan jimmarka l-ikbar imwiet f’nawfraġju ta’ din is-sena, dan skond stqarrija li ħarġu l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-bastiment, li kien sejjer lejn il-gzejjer Kanarji ta’ Spanja, ġie rrapportat li ħa n-nar ftit wara li telaq mill-belt kostali ta’ Mboar fil-punent tas-Senegal u nqeleb fuq il-kosta tal-Majjistral tas-Senegal, ħdejn Saint-Louis. Skond l-istqarrija, l-bastiment kien qed iġorr 200 migrant. In-navi Spanjola, kif ukoll dawk tas-Senegal u xi sajjieda li kienu fil-viċinanzi setgħu jsalvaw 59 persuna u rkupraw 20 kattavru. L-oħrajn huma preżunti mejta.

L-Organizzazzjoni qalet: “tinsab imdejqa ħafna b’din it-traġedja riċenti, li ssegwi li fil-ġimgħa ta’ qabel 4 dgħajjes ġew reġistrati li għerqu  fiċ-Ċentru tal-Mediterran u oħra fil-Kanal Ingliż”.

L-IOM stmat li f’din is-sena 2020, fejn qed tinkludi din l-aħħar traġedja, mill-inqas 414 persuna tilfu ħajjithom f’din ir-rotta bejn is-Senegal u l-gżejjer Kanarji. Il-korp internazzjonali nnota li f’dawn l-aħħar ġimgħat, in-numru ta’ tluq mill-Afrika tal-Punent għall-gżejjer Kanarji żdied b’mod sinifikanti. F’Settembru biss, “14-il dgħajsa ġarrew 663 migrant li telqu mis-Senegal lejn l-gżejjer Kanarji”. Minn dawn “26% ġew irrappurtati li esperjenzaw xi aċċident jew nawfraġju”. Meta tikkumpara l-figuri mas-snin ta’ qabel issib li matul din is-sena kien hemm madwar 11,000 ruħ li waslu fil-gżejjer Kanarji għall-kuntrarju tas-sena l-oħra li waslu madwar 2,557 migrant. Madanakollu, għadu xorta ma laħaqx il-livel tas-sena 2006, meta kienu daħlu l-fuq minn 32,000 ruħ.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Bakary Doumbia, l-kap tal-Missjoni tal-IOM fis-Senegal sejjaħ “għall-għaqda bejn il-gvernijiet, l-imsieħba u l-komunitá internazzjonali biex iwaqqfu ix-xibka ta’ traffikar u l-kuntrabandu li qed jieħdu vantaġġ minn fuq iż-żgħażagħ li huma disprati biex ikollhom ħajja aħjar”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/world/news/2020-10/shipwreck-senegal-migrants-140-iom-un.html

%d