Awguri minn Catholic Kids Media

Isabella D’Angelo, li tipproduċi l-vidjows ta’ kull ġimgħa bil-qari u l-ispjega tal-Liturġija tal-Ħadd għat-tfal fuq il-paġna Catholic Kids Media, għadha kemm xandret filmat ta’ awguri għall-Milied .

Fih ħeġġet biex aktar nies jużaw din ir-riżorsa pastorali u kateketika siewja ħafna, li grazzi għal tim ċkejken ta’ katekisti u animaturi minn pajjiżna, qed tinħadem ukoll regolarment bil-Malti u tistgħu taċċessawha minn fuq Laikos. Żur int ukoll dawn il-filmati u aqsamhom mal-ħbieb tiegħek u wliedek!

Tista’ ssibhom bil-Malti minn din il-paġna tal-Laikos … https://laikosblog.org/qari-tal-hadd-ghat-tfal/

Inkella mill-Youtube channel tal-Catholic Kids Me dia stess … https://www.youtube.com/playlist?list=PLbg4F9JBVbPe8GM6Wjwz14sec8_KwO0MR

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.