Il-Papa jħalli Ruma lejn l-Iraq

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jitlaq għall-Vjaġġ Appostoliku lejn l-Iraq

Il-Papa Franġisku dalgħodu telaq mill-ajruport ta’ Fiumiċino biex jibda ż-żjara tiegħu fin-nazzjoni tal-Lvant Nofsani tal-Iraq.

L-ajruplan tal-Alitalia A330 telaq fis-7:45am, u għandu jinżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Bagdad għall-ħabta tas-2pm, ħin lokali. Din se tkun l-ewwel darba li Papa se jżur l-Iraq.

Qabel ma telaq minn Casa Santa Marta, il-Ġimgħa filgħodu, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ madwar tużżana refuġjati Iraqini li jgħixu fl-Italja. Ir-refuġjati qed jiġu megħjuna mill-Komunità ta’ San Eġidio u l-Kooperattiva Auxilium. Dan qalu, Matteo Bruni, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

Hekk kif telaq il-Qdusija Tiegħu minn Ruma, grupp tal-milizzja tax-Xija, li huwa grupp attiv fl-Iraq, iddikjara waqfien mill-ġlied unilaterali u temporanju biex jikkoinċidi maż-żjara tal-Papa. Il-Brigata tal-Gwardjani tad-Demm ħabbret fi stqarrija li huma se “jissospendu kull forma ta’ operazzjoni militari matul iż-żjara tal-Papa, b’rispett tal-Imam al-Sistani u f’isem l-ospitalità Għarbija.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-departure-iraq-visit-itinerary.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: