L-Arċisqof iżur is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

Print Friendly, PDF & Email

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna żar is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. Iż-żjara bdiet fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn l-Arċisqof iltaqa’ mad-donaturi tad-demm u mal-ħaddiema, u kompliet fil-laboratorji fejn isir il-proċess li tgħaddi minnu kull borża demm qabel ma tingħata lill-pazjenti.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof stieden lil kull min hu f’saħħtu sabiex imur jagħti d-demm li qal hija għotja konkreta ta’ mħabba. “Kull min kellu xi ħadd mill-familja tiegħu l-isptar jew inkella kien hu pazjent l-isptar, jifhem kemm hu prezzjuż l-għoti tad-demm.” Mons. Arċisqof irringrazzja lill-ħaddiema kif ukoll lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li regolarment iżommu l-appuntament tal-għoti tad-demm.

Sors: www.knisja.mt    Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: