Il-Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd, 8 ta’ Awwissu 2021
Forsi aħna wkoll niskandalizzaw ruħna: ikun aktar komdu għalina Alla li jibqa’ hemm fuq, fis-sema, bla ma jindaħal f’ħajjitna, ħalli aħna nkunu nistgħu mmexxu affarina hawn isfel. Iżda Alla sar bniedem biex ikun fid-dinja b’mod konkret, Alla sar bniedem għalija, għalik, għalina lkoll, biex jitwaħħad ma’ ħajjitna. U kulma għandna f’ħajjitna jinteressah.
Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku … http://www.laikos.org/papa_frangisku_angelus_08082021.htm
Ara aktar mill-Papa Franġisku … https://www.laikos.org/papa/