Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Ġiljan

Print Friendly, PDF & Email

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Paul Mizzi bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġiljan waqt li rringrazzja lil Dun Claude Portelli, li serva bħala kappillan għal dawn l-aħħar 13-il sena u viċi kappillan għal sitt snin.

Dun Paul Mizzi twieled Tas‑Sliema fl‑24 ta’ Awwissu 1967. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ St Joseph, Tas‑Sliema, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, fil‑Pietà, u l‑edukazzjoni postsekondarja fil‑Junior College, l‑Imsida. Għal 23 sena ħadem ma’ kumpanija privata fil-qasam marittimu. L‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u t‑Teoloġija għamilhom fil‑Kulleġġ Beda f’Ruma bi sħab mal‑Università ta’ St Mary, f’Twickenham, Londra.

Dun Paul ġie ordnat saċerdot fl‑1 ta’ Lulju 2014. Il‑ħidma pastorali tiegħu wettaqha fil‑parroċċa ta’ San Ġiljan fejn serva għal tmien snin bħala viċi kappillan. Tul dawn l‑aħħar seba’ snin kien ukoll direttur spiritwali tal‑Iskola Nazzjonali tal‑Isport f’Pembroke.

Il‑parroċċa ta’ San Ġiljan tiġbor fiha madwar 11,100 persuna.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: