Aħseb u Ara | Ep. 2: Il-Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

It-tieni episodju ta’ Aħseb u Ara jintroduċi f’aktar dettall it-tagħlim soċjali tal-Knisja. Jissemmew is-seba’ prinċipji ewlenin tat-Tagħlim, filwaqt li tingħata enfasi partikolari lid-dinjità tal-bniedem. Parti mid-diskussjoni ddur ma’ x’inhuma l-konsegwenzi meta dawn il-prinċipji ma jitħarsux.

🎙️ Mistiedna

Giulia Privitelli
Adam McCarthy

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi


Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Dan il-progett hu frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet fl-2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-tagħlim soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, iż-żewġ entitajiet xtaqu li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk iż-żewġ mistiedna huma żgħażagħ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.

Sors: www.knisja.mt

Leave a Reply

%d bloggers like this: