Kitba ta’ Daniel Borg
Ejjew Nerġgħu naqraw l-istorja ta’ ħajjitna fid-dawl ta’ Kristu rxoxt”. Il-Vanġelu tal-lum jitkellem mil-laqgħa ta’ Kristu rxoxt mad-dixxipli ta’ Emmaus (Lq 24, 13-35). Fir-Regina Caeli tal-lum il-Papa Franġisku jgħid li d-dixxipli telqu minn Emmaus imnikkta wara l-mewt ta’ Ġesu’. Għalkemm ma jagħrfuhx Ġesu’ jiltaqa’ magħhom u jgħinhom jaqraw l-istorja tagħhom mill-ġdid fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla.
Anke aħna bħad-dixxipli nistgħu nħossuna mitlufin, delużi, u nċerti, quddiem dak li jiġrilna f’ ħajjitna. Il-waqgħat u l-fallimenti tagħna fid-dawl ta’ Kristu rxoxt jieħdu dawl differenti! Dawn il-waqgħat isiru pass il-quddiem u mhux pass lura kif aħna ħafna drabi naħsbu. Imma biex dan iseħħ jeħtieġ bħad-dixxipli ta’ Emmaus inħallu lil Ġesu jiltaqa’ magħna permezz tal-Kelma tiegħu.
(Papa Franġisku 23/04/23)
Tista’ tara’ l-post ta’ Facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02ENy3wUW1myRehrmqzLqysz3esFCCamDtrpjsVLXbaKusdJVhp82jtGajCnjZYqCbl