Komunikazzjoni u Evanġelizzazzjoni
Ara kopja tal-Knisja 2000, Nru 144 …
… Il-komunikazzjoni tal-Evanġelju hija servizz li min-natura tiegħu kull
Nisrani jrid iwassal matul ħajtu. Kif insibu fl-Eżortazzjoni Appostolika
Evangelii Gaudium (2013), “Kull mgħammed, hi x’inhi l-funzjoni
tiegħu fil-Knisja u l-grad ta’ tagħlim tal-fidi tiegħu, hu suġġett attiv ta’
evanġelizzazzjoni” (nru.120). Din l-evanġelizzazzjoni trid issir anki
bl-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li toffrilna d-dinja tal-lum. Fit-tieni
perjodu tas-seklu 20 kellna l-miġja tal-komunikazzjoni elettronika li
ġabet rivoluzzjoni fis-sistemi ta’ ħsieb tal-bniedem u dan ukoll irrifletta
ruħu fit-teoloġija u fl-evanġelizzazzjoni. …
