Ġwanni Pawlu II fil-Jum Dinji tal-Paċi

QUDDIESA FIS-SOLENNITÀ TA’ MARIJA SS.MA OMM ALLA
U FIS-XVI IL- ĠURNATA MONDJALI TAL-PAĊI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Is-Sibt, 1 ta’ Jannar 1983 

1. “Meta waslet il-milja taż-żmien . . .” (Gal 4, 4).

Illum l-ewwel jum tas-Sena l-Ġdida 1983, il-Knisja tistedinna nimmeditaw dwar il-“milja taż-żmien”. Għandu l-milja tiegħu ż-żmien?

Illum nistgħu ngħidu li s-sena 1982 intemmet, għaliex għaddiet. Iż-żmien huwa biss metru tal-mogħdija ta’ dak kollu li jeżisti, sottomess għaż-żmien, huwa metru tal-mogħdija tad-dinja, u tal-bniedem fid-dinja. Aħna nistgħu naħsbu għall-“milja taż-żmien” biss b’taqbil ma’ dak li jiżvolġi ruħu fiż-żmien.

Hekk ukoll jirraġuna San Pawl fis-silta tal-Ittra lill-Galatin, li llum naqraw fil-liturġija. Il-“milja taż-żmien” li dwarha jitkellem Pawlu, tfisser il-pjan etern ta’ Alla imwettaq fi żmienu. Dan il-pjan, il-pjan divin, huwa l-milja tal-Ġid u tal-Imħabba. Minn hawn ukoll “il-milja taż-żmien, għaliex iż-żmien, sa ċertu punt, jieħu b’self il-milja speċifika tiegħu tal-Ġid li twettaq fih.

2. U hawn hu dak il-Ġid: “Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollhoml-adozzjoni ta’ wlied” (Gal 4, 4-5).

Il-milja tal-Ġid hija għall-bniedem propju dan, huwa dak li ġie b’mod simultanju fil-ħin mal-lejl tat-twelid ta’ Alla. Huwa l-milja tal-Ġid u tal-Imħabba, mogħtija lill-bniedem fiż-żmien; mogħtija lilu flimkien għal kull żmien; kull jum, kull sena, kull seklu, kull epoka. Fl-istess ħin din hija l-milja eskatoloġika, li tmur ‘il hemm miż-żmien, milja li diġa ġġib fiha dimensjoni ħajja tal-eternità ż-żmien mal-lejl.

U għax intom ulied Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba! Missier! U hekk m’intix iżjed ilsir, iżda iben; u jekk iben, werriet ukoll permezz ta’ Alla” (Gal 4, 6-7).

Hekk mela ż-żmien tal-pjan divin twettaq; twettaq fil-lejl tat-twelid ta’ Alla. Bis-saħħa ta’ din il-“milja taż-żmien”, il-bniedem jistà, f’kull żmien, f’kull parti taż-żmien, jgħid lil Alla “Missier”, u jistà jeżisti bħala bin Alla adottiv fil-prospettiva tal-wirt li għandu fi Kristu. Dan il-wirt huwa etern.

3. Fi tmiem is-sena l-qadima u dik ġdida aħna niċċelebraw fil-liturġija il-festi tal-Milied: is-sollennità u l-ottava. Dan il-fatt jippermettilna li nħarsu lejn il-mogħdija taż-żmien uman u t-twelid tas-sena l-ġdida fi tmiem dik qadima permezz tal-milja taż-żmien” divina.

Jekk inħarsu b’dan il-mod, kull sena hija bħal farka ġdida ta’ din il-milja li darba għal dejjem daħlet, flimkien mat-twelid ta’ Alla, fl-istorja tal-bniedem. Minn dan il-punt di vista aħna nsejħu, ta’ nsara, kull sena, “s-“Sena tal-Mulej”  (“Annus Domini”).

Is-sena li għaddiet kienet ukoll hi waħda mill-frak ta’ din il-“milja taż-żmien”, li nfetħet fl-istorja tal-bniedem flimkien mat-twelid ta’ Alla. Infetħet bħala s-sors feddej tal-Ġid u tal-Imħabba li jippenetra kull perijodu taż-żmien uman u jmur ‘il hemm minnu, billi diġa għandu d-dimensjoni eskatoloġika, id-dimensjoni tal-eternità.

Is-sena 1983, kif inhu diġa magħruf, hija farka partikolari ta’ din il-“milja taż-żmien”. Ejjew nidħlu fiha bħal fil-Ġublew il-ġdid tal-Fidwa tagħna, li liturġikament se jibda fil-25 ta’ Marzu. Minħabba d-dati tradizzjonalment stabbiliti, nixtiequ li f’din is-sena, il-misteru tal-Fidwa jsir partikolarment vitali u effettiv fil-kuxjenza tagħna u fl-imġieba tagħna. Nixtiequ u nitolbu, sa mill-ewwel jum, sabiex f’din is-sena Alla jibgħat b’mod speċjali l-Ispirtu ta’ Ibnu fi qlubna, sabiex inkunu nistgħu nirċievu b’ġenerożità partikolari “il-filjolanza adottiva”!

4.Illum l-ewwel jum tas-Sena l-Ġdida, nitolbu dan u nitolbu skont tali ntenzjonijiet b’riferenza speċjali lill-Maternità tal-Ġenitriċi ta’ Alla. Dan il-fatt għandu elokwenza profonda. Hija l-ewwelnett l-elokwenza tal-ottava tal-Milied, għaliex il-Milied huwa fl-istess ħin l-ikbar festa ta’ Marija. Propju hemm hija tippreżenta ruħha bħala Omm Alla. Il-milja taż-żmien tfisser fl-istess ħin il-Maternità Divina tagħha.

Fl-istess ħin din il-Maternità – hekk mill-bqija bħal kull maternità uman – hija sinonima ta’ bidu. Il-maternità tfisser il-bidu tal-ħajja, il-bidu tal-bniedem. Il-maternità ta’ Marija tfisser il-bidu tal-Alla-Bniedem fl-istorja tal-umanità. U dan huwa appuntu “il-milja taż-żmien”.

U rifless ta’ din il-“milja” dan il-bidu huwa “l-milja taż-żmien”. Aħna nixtiequ li s-sena ġdida tagħna, bħala farka u rifless ta’ din il-“milja”, tibqà taħt is-sinjal tal-Maternità Divina, B’mod partikolari din is-sena , li tfisser għalina l-Ġublew il-Ġdid tal-Fidwa: Is-Sena tal-Mulej 1983.

5. L-ewwel jum tas-sena l-ġdida, li jibqà taħt is-sinjal tal-Milied u tal-Maternità Divina, huwa fl-istess ħin fil-Knisja kollha l-jum ta’ talb partikolari għall-paċi fuq l-art. Nixtiequ li f’dan it-talb jidwi b’diwi għoli l-kliem tal-lejl ta’ Betlem: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin li huwa jħobb” (Lq 2, 14).

Għandna quddiem għajnejna “il-milja taż-żmien”, li fiha flimkien mat-twelid ta’ Alla infetaħ fl-istorja tal-bniedem is-sors feddej tal-Ġid u tal-Imħabba. Fl-istess ħin ejjew naħsbu bi tqanqil profond, b’ansjetà, b’sens ta’ responsabiltà, li fl-istorja tal-bniedem jistà jinfetħilna bħal sors oppost: is-sors tal-ħażen, tal-mibegħda u tal-qerda. F’dan ir-rigward nirċievu b’mod kostanti sinjali inkwetanti. U għalhekk infittxu li nirrakkomandaw fit-talb lil Alla din il-problema diffiċli, sa mill-ewwel jum tas-sena l-ġdida. Fl-istess ħin infittxu wkoll li nagħmlu dak kollu possibbli biex nissensibilizzaw lill-umanità kontemporanja għall-kawża l-kbira tal-paċi.

6. Il-Poplu kollu ta’ Alla, l-irġiel kollha u n-nisa ta’ rieda tajba għandhom ikunu b’mod kostanti edukati għall-paċi. Għandhom ikunu ffurmati u nkuraġġiti għall-impenn għall-kawża tal-paċi. Huwa meħtieġ sforz bla waqfien biex jirrendu preżenti fl-ispirti u fil-qlub il-bżonn u l-possibiltà tal-paċi; l-urġenza tagħha, imma wkoll il-parti ta’ responsabiltà li taqà fuq kull wieħed u waħda. Ilkoll għandna nħossu ruħna msejħa minn din it-taqbida tal-paċi u biex infittxu, kull wieħed u waħda fil-qasam tiegħu, l-aħjar mezzi niex nikkontribwixxu għal dan id-dmir eżaltanti. Issa ilu sittax-il sena l-Papa Ruman jindirizza Messaġġ lil dawk responsabbli fl-okkażjoni tal-Jum mondjali tal-paċi, billi jsegwi bla waqfien il-linji l-kbar ta’ katekeżi vera dwar il-paċi, u billi jindika il-mixja li rridu nsegwu.

Hekk, fil-Messaġġ li ppubblikajt għal dan l-ewwel ta’ Jannar 1983, insistejt fuq “id-djalogu għall-paċi, sfida għal żmienna”. Min-natura tiegħu d-djalogu huwa bidla, komunikazzjoni tal-wieħed lejn l-ieħor, imma huwa, fuq kollox, riċerka flimkien. Fil-gwerra, żewġ partijiet iqumu l-waħda kontra l-oħra. Fil-kwistjoni tal-paċi huma wkoll dejjem u neċessarjament żewġ partijiet li għandhom ikunu jafu jimpenjaw ruħhom. Il-paċi ma tistax tkun mibnija minn naħa mingħajr l-oħra, imma lkoll għandhom jimpenjaw ruħhom flimkien. Huwa hekk li jinstab il-veru sens tad-djalogu għall-paċi: dan jitlob lill-partijiet kollha biex jaħdmu b’mod komuni, biex javanzaw b’mod komuni fil-mixja tal-paċi. Huwa għalhekk diffiċli timmaġina kif il-problema tal-paċi fid-dinja tistà tkun solvuta b’mod unilaterali, mingħajr is-sehem u l-impenn prattiku ta’ kulħadd.

Fit-tiftix tal-paċi l-problema tad-diżarm tokkupa post important u x-xewqa li naraw jasal għal riżultati d-djalogu f’dan ir-rigward huwa ferm iktar minn leġittmu. Imma bħad-djalogu, hekk ukoll it-talba ta’ nuqqas progressiv tal-armamenti, nukleari u konvenzjonali, għandu jindirizza kontemporanjament lill-partijiet kollha nvoluti. Il-qawwiet li qegħdin jiffaċċjaw lil xulxin għandhom ikunu jistgħu flimkien isegwu l-istadji differenti tad-diżarm, u f’kull stadju jimpenjaw ruħhom b’miżura ugwali.

Fit-talba komuni tagħna għall-paċi llum nitolbu li d-djalogu jkun meħud b’tali spirtu u jwassal għal tali deċiżjonijiet speċifiċi u prattiċi, kapaċi jassiguraw riżultat reali u dejjiemi.

7. Ħekk. Mela, fil-jum li fih għadna nħossu, mill-qalb tal-lejl ta’ Betlem, il-kliem li jħabbar il-“paċi lill-bnedmin ta’ rieda tajba”, ejjew nitolbu, flimkien mas-Salmista, Dak li minnu tiġi l-milja feddejja taż-żmien. Ejjew nitolbu hekk: “Itiru bil-ferħ il-ġnus u ċċelebraw, / għaliex tiġġudika l-popli b’ġustizzja, tiggverna l-ġnus fuq l-art . . . / Iberikna Alla / u jibżgħu minnu it-truf tal-art” (Sal 67, 5. 8).

Iva. Bidu tal-għerf huwa l-biżà tal-Mulej: bidu tal-għerf tal-bnedmin, tan-Nazzjonijiet, tal-familja umana kollha. Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading