Hollerich: “Knisja sinodali hija Knisja mibgħuta fil-missjoni”

Print Friendly, PDF & Email

Fil-preżentazzjoni tiegħu dwar it-tielet ‘modulu” tal-ħidma tal-Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Kardinal Jean-Claude Hollerich qal, li “t-tema tagħna hija, għalhekk, il-missjoni”.

L-Kardinal Hollerich enfasizza l-fatt lis-sejħa għall-missjoni testendi għall-membri kollha tal-Knisja, filwaqt li fakkar lil dawk li kienu qed jisimgħuh, li l-missjoni hija intrinsikament konnessa mat-tema preċedenti tal-“komunjoni”. It-tema tal-missjoni, qal, “ħarġet kontinwament fil-ħidma tat-tieni modulu: l-komunjoni mhix magħluqa fiha nnifisha imma hija li tmexxi lejn il-missjoni; fl-istess ħin, l-iskop tal-missjoni huwa preċiżament li testendi l-ambitu tal-komunjoni”.

Huwa nnota li l-eżempju tas-sensibilizzazzjoni lejn il-“kontenut diġitali” jista’ juri l-idea tal-missjoni f’kuntest sinodali. Id-dinja diġitali hija “territorju tal-missjoni” ġdid li jrid jiġi evanġelizzat minn dawk li jgħixu fiha. Dan, qal, juri bl-istess mod il-kunċett ta’ “ko-responsabbiltà”: “L-imgħammdin kollha huma msejħa u għandhom id-dritt li jipparteċipaw fil-missjoni tal-Knisja, kollha għandhom kontribut insostitwibbli x’jagħtu. Dak li hu minnu għall-kontenut diġitali jgħodd ukoll għal aspetti oħra tal-missjoni tal-Knisja”.

Il-Kardinal Hollerich kompla jitkellem fil-qosor dwar il-ħames worksheets li se jiġu ndirizzati mill-gruppi żgħar, b’kull grupp jiffoka fuq suġġett wieħed. Dawn jinkludu l-approfondiment tat-tifsira u l-kontenut tal-missjoni; ministerjalità; lir-rwol tan-nisa; r-relazzjoni bejn is-saċerdozju ministerjali u dak komuni, tal-magħmudija; u l-ministeru tal-Isqfijiet.

Fl-aħħarnett, il-Kardinal Hollerich insista fuq il-ħtieġa li “nkomplu nagħmlu spazju għall-kliem ta’ xulxin”. L-interventi mill-platea, qal, għandhom jesprimu reżonanza mal-għarfien li jaqsmu s-sessjonijiet tal-grupp immedjatament qabel il-Kongregazzjonijiet Ġenerali. U spjega li huwa mportanti li “r-rapporti tal-gruppi żgħar u l-interventi ta’ dawk li jirrappurtaw jippreżentaw dejjem aktar il-punt ta’ konverġenza u diverġenza, iżda fuq kollox il-mistoqsijiet li jridu jiġu esplorati u l-proposti għal passi konkreti li jridu jittieħdu matul is-sena li ġejja”.

“F’dan il-modulu, irridu mmissu xi wħud mill-punti ewlenin tas-Sinodu”, qal il-Kardinal fil-konklużjoni. “Ejjew ma nagħtux tweġibiet mgħaġġlin li ma jqisux l-aspetti kollha ta’ dawn il-mistoqsijiet diffiċli”.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-10/hollerich-a-synodal-church-is-a-church-sent-out-in-mission.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading