Fl-Angelus il-Papa Franġisku x’ħin jitkellem fuq il-Vanġelu tal-lum (Ġw 1:6-8,19-28) jiffoka fuq il-frażi li tiddeskrivi l-Ġwanni l-Battista ‘Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl.’
Ix-Xhieda. Ġwanni l-Battista kien bniedem straordinarju! In-nies kienet tiġi minn kullimkien biex tisimgħu għax kien bniedem sinċier li jgħix dak li jippriedka (il-koerenza). Dan kien jagħmlu differenti minn nies oħra famużi ta’ żmienu. Persunaġġi bħall-Battista, liberi, retti, u kuraġġjużi huma niex li jsaħħruna, li jattirawna, għax huma nies li jdawluna bil-mod ta’ kif jgħixu l-ħajja tagħhom. F’kull żmien il-Mulej jibgħat irġiel u nisa li aħna nistgħu nitgħalmu mix-xhieda tagħhom.
Imma min kien id-dawl ta’ Ġwanni l-Battista? Id-dawl tiegħu kien Ġesu’. U fi żmienu hu kien iwassal in-nies għal għandU. Il-Papa jgħidilna li x-xhieda ta’ Ġwanni tgħallimna żewġ affarijiet: (a) li weħidna ma nistgħux insalvaw. Huwa biss f’Alla li nsibu d-dawl ta’ ħajjitna; u (b) li bis-servizz, il-koerenza u l-umilta’ (u ovvjament bil-grazzja ta’ Alla) aħna wkoll nistgħu nkunu xhieda!
Ovvjament illum ma nistax ma nawgurax minn qalbi lil Papa Franġisku f’għeluq żmienu, li bħal Battista huwa xhieda li ddawwalna fi żmenijietna. Grazzi Franġisku!
Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid028SsR6N1ZhbJLzqtP6wNqWAKc5MtSqeMi5cPSuEkQaZK3FQ34eehAwzQcqgQadoxrl
| ReplyForwardAdd reaction |