Minn Daniel Borg
Illum festa ta’ Marija omm Alla, fl-Angelus il-Papa jagħmel riflessjoni fuq Marija u fuq l-imħabba tagħha għal Ġesu. Huwa jfissirha bħala Katidral tas-silenzju għax f’ Marija l-bniedem jiltaqa’ ma’ Ġesu, imma hi bl-ebda mod ma toħnoq din ir-relazzjoni. L-istess bħalma għamlet f’ħajjitha ma’ Ġesu’, dejjem tosservah, dejjem miegħu, imma qatt ma ħadet postu.
Il-Papa jistedinna għalhekk għal din l-imħabba, imħabba magħmula mir-rispett, mil-ġentilezza. L-imħabba vera qatt ma toħnoq, tagħti spazju lill-oħrajn u tgħinna nikbru. Hekk għandha tkun l-imħabba.
Tista’ tara l-post fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid029z6wYeRSyD2g8GacpSMBm2RhqWpCWwi1BBqdqRSYrBHMCPWjDzSqjiKbkuKdQE6ql