Riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-Ħadd minn Daniel Borg
Illum l-ewwel Ħadd tar-Randan, il-Vanġelu jitkellem minn Ġesu’ mġarrab fid-deżert (Mk 1, 12-15). Il-Papa fl-Angelus jaqbad mal-vers: “Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.” F’sens metaforiku il-bhejjem selvaġġi huma l-vizzji, ix-xewqa għall-fama u għall-għana, li jħalluna dejjem insodisfatti.
Ir-Randan bħala żmien huwa d-deżert li jgħinna nidħlu fina nfusna u nagħrfu l-affarijiet li rridu nikkoreġu. L-anġli huma dawk in-nies li jagħtu servizz, u li jispirawna biex nagħmlu t-tajjeb. Il-vizzji li jagħmluna lsiera kontra s-servizz li jagħmilna ħielsa. X’għażla se nagħmlu?
Tista’ tarah ukoll fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02UQRZRRpPrPY5W6CiQK8KWvp9xYbxJu9zZ9VPaRJkhFZKjrZFV2AyAu9Ya48BZ7RUl