Lil Hinn mill-biża’

Minn Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum (Mk 4, 35-41) jurina lil Ġesu fuq id-dgħajsa flimkien mad-dixxipli fuq l-għadira ta’ Tiberiade, meta taħkimhom maltempata kbira. Ġesu’ imma jkun rieqed u jkunu d-dixxipli li jqajmuh.

Ġesu mbagħad iwaqqaf it-tempesta. Huwa nteressanti kif Ġesu’ kważi ma jimpurtahx minn dak li qed jiġri madwaru. U l-Papa fl-Angelus jistaqsi ‘il għala ta’ din l-attitudni. Ġesu jagħmel dan biex isaħħaħ lid-dixxipli fil-fidi tagħhom u jgħinhom ikunu iktar kuraġġjużi. Ġesu jagħmel hekk ukoll magħna. Ġesu’ mhux se jneħħilna d-diffikultajiet, imma qatt ma hu se jabbandunana. Fuq kollox hu se jgħinna negħlbuhom. F’din il-mixja Hu jgħallimna nafdaw iktar fih.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0iyEdgQzfxEWxiNUuRs8RKzteQA4b9TFUEo9ccaPjtbXa8y98L88fHgai23shX3fRl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading