Dak biss li hu meħtieġ

Minn Daniel Borg

Fil-Vanġelu tal-lum (Mk 6, 7-13) Ġesu jibgħat lid-dixxipli ‘tnejn tnejn’ u jħeġġiġhom biex ma jieħdu xejn magħhom għajr dak li hu meħtieġ. Fl-Angelus il-Papa jgħid li dan ifisser li l-Vanġelu ma nistgħux nxandruh weħidna, u għalhekk hu mportanti li naqsmu dak li jkollna mal-oħrajn. Kif jista’ jseħħ dan? Billi jkollna biss dak li hu bżonnjuż biex il-ġid jinqasam tajjeb bejn kulħadd. Il-Papa jgħid li fil-komunitajiet u l-familji fejn dan iseħħ hemm attenzjoni ikbar għall-ħtiġijiet ta’ kulħadd. Li jkollna iżjed milli neħtieġu jwassalna biex inkunu ilsiera ta’ dan il-ġid.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02NhvkefYnvBR6gZjTRYDbhHGu1S9wrMr7dKQWrB3MHBqnaiB3GU6shVcjDLzemziLl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading