Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum (Mk 10, 2-16) jitkellem mill-imħabba bejn il-miżżewġin. Ġesu jieqaf fuq dan is-suġġett wara li l-Fariżej jipprovaw iġarbuh fuq it-tkeċċija tal-mara minn naħa ta’ żewġha, xi ħaġa li kienet teżisti fil-Liġi Lhudija. Raġel seta’ jkeċċi mara għal raġunijiet mill-iktar fiergħa, u għalhekk is-sitwazzjoni tal-mara kienet fi żvantaġġ.
Il-Papa jgħid li Ġesu’ jfakkarhom li l-kemm il-mara u kemm ir-raġel ġew mixtieqa mill-Ħallieq indaqs fid-dinjita’, imma kumplimentari għal xulxin fid-differenzi, biex ikunu ta’ għajnuna u kumpanija għal xulxin, imma biex fl-istess ħin jgħinu lil xulxin ikomplu jikbru. U għalhekk huwa mportanti li l-għotja għal xulxin tkun sħiħa. Il-Papa jgħid li din l-imħabba u l-għotja għandhom itulu għal dejjem. Għalkemm il-Papa jammetti li dan mhux faċli!
Imma x’inhuma dawk l-affarijiet li jgħinu din il-mixja? Dan jinkludi fedelta’ fid-diffikultajiet, rispett, u sinċerita’. Wieħed għandu jkun lest li jiddjaloga u jiddiskuti. Għalkemm għandna nkunu lesti wkoll għall-maħfra u rikonċiljazzjoni. Il-Papa jgħid li kultant anke żegħila hi biżżejjed biex terġa’ xxettel il-paċi!
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq facebook billi ssegwi din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0oZso9uSCAcBFk5SZnsbx2hmtJL6k9fayrZLGoyyQ2UEHUz4ZxZYURJeXA4PdmZRel