Minn Edward Tagliaferro
Jien kelli missier u omm li kienu jinħabbu ħafna –
Hekk naf x’inhi l-imħabba.
Għamilt ħilti kollha biex iż-żewġ uliedi għaddew mill-adolexenza mqallba tagħhom b’wiċċ il- ġid –
B’hekk naf x’inhu sodisfazzjoni.
Tlabt u ħafna mit-talb tiegħi ġie mismugħ –
Għalhekk naf x’inhi l-Fidi.
Dejjem kelli maġembi persuna l-aktar ġentili u li dejjem u f’kollox jagħti każ –
Hekk naf x’inhu l-ferħ.
U peress li għaddejt minn dan kollu, naf xi tkun rikkezza awtentika.
Omm