Il-Miraklu tal-Ewkaristija

Minn Manwel Cutajar

Fl-okkażjoni tant ta’ niket għall-Mewt tal-Wisq Maħbub Papa Franġisku, li seħħet kif jaf kulħadd, nhar it-Tnejn 21 ta’ April, 2025 fis-7.35 ta’ filgħodu, nixtieq inwassal lill-qarrejja tal-Leħen din is-silta mill-Messaġġ tal-Papa Franġisku li hu kien għamel fil-bidu tat-Talba tal-Angelus nhar il-Ħadd 18 ta’ Awwissu, 2024, ftit xhur ilu, mit-tieqa tiegħu,  fil-Pjazza ta’ San Pietru, Ruma, dwar is-Sbuħija u l-Kobor  tal-Miraklu tal-Ewkaristija .

Minn hawn tista’ ssiv traduzzjoni tad-diskors kollu … https://www.laikos.org/papa_fr1_angelus_18082024.htm

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

  llum, l-Evanġelju jgħidilna dwar Ġesù, li b’mod sempliċi ħafna, qalilna: “Jiena l-Ħobż ħaj li niżel mis-sema” (Ġw 6,51).

  Quddiem il-folla, l-Iben t’Alla jiddentifika ruħu mal-ikel l-aktar komuni u ordinarju — il-ħobż: “Jien ilħobż”.  Fost dawk li kienu qed jisimgħuh, xi wħud bdew jargumentaw bejniethom (ara v. 52): Kif jista’ Ġesù  jagħtina Ġismu  biex niekluh?

  Anke aħna llum nistaqsu lilna nfusna din il-mistoqsija, imma bi stagħġib u gratitudni. Hawn żewġ attitudnijiet li fuqhom nirriflettu: l-istagħġib u l-gratitudni quddiem il-Miraklu tal-Ewkaristija.

L-Ewwel Attitudni: Stagħġib, għax kliem Ġesù jissorprendina. Imma Ġesù dejjem jissorprendina… dejjem!

  Anki llum ukoll,Ġesù jkompli jissorprendina fil-ħajja ta’ kull wieħed minna.

  Il-Ħobż mis-Sema huwa rigal li jisboq kull aspettattiva. Dawk li ma  jifhmux it-triq ta’ Ġesù jibqgħu suspettużi: tidher impossibbli, anke inumana, li wieħed jiekol il-laħam ta’ ħaddieħor (ara v. 54).

  Madanakollu, Laħam u Demm, huma l-umanità tas-Salvatur, propju ħajtu stess hi offruta bħala nutriment għall-ħajja tagħna.

  U dan iwassalna għat-Tieni attitudni: Il-gratitudni.

   L-ewwel: l-istagħġib,Issa, il-gratitudni, għax nagħarfu lil Ġesù li  jagħmel Lilu Nnifsu preżenti għalina u magħna.

  Hu jagħmel Lilu Nnifsu ħobż għalina. “Min jiekol Ġismi jibqa’ fija u jien fih” (ara v. 56).

   Kristu, veru Bniedem, jaf sew li wieħed irid jiekol biex jgħix. Imma jaf ukoll li dan mhux biżżejjed.

   Wara li kattar il-ħobż tal-art (ara Ġw 6,1-14), Huwa pprepara Don akbar: Hu Nnifsu jsir veru Ikel  u  veru Xorb  (ara v. 55).

  Grazzi, Mulej Ġesù! Ejja ngħidu, “Grazzi, grazzi”, minn qalbna.

  Il-Ħobż tas-Sema, li ġej mill-Missier, huwa l-Iben Innifsu magħmul laħam għalina. Dan l-ikel huwa bil-wisq aktar milli dak li hu meħtieġ għax jissodisfa l-ġuħ għat-Tama, il-ġuħ għall-Verità u l-ġuħ għas-Salvazzjoni li lkoll inħossu mhux fl-istonku tagħna, imma f’qalbna.

Kull wieħed minna għandu bżonn l-Ewkaristija!

  Ġesù jieħu ħsieb l-akbar ħtieġa tagħna: Hu jsalvana, u jmantni ħajjitna b’Tiegħu, u dan jibqa’ jagħmlu għal dejjem.

  U bis-saħħa Tiegħu aħna nistgħu ngħixu f’komunjoni ma’ Alla u ma’ xulxin.

     Il-Ħobż Ħaj u Veru mhuwiex, għalhekk, xi ħaġa maġika, le. Mhijiex xi ħaġa li ssolvi minnufih il-problemi kollha, imma huwa l-istess Ġisem ta’ Kristu, li jagħti tama lill-foqra u jegħleb l-arroganza ta’ dawk li jiffoxxnaw lilhom infushom għal spejjeż tagħhom stess.

  Mela ħuti, ejjew insaqsu lilna nfusna: Għandi ġuħ u għatx għas-Salvazzjoni, mhux għalija nnifsi biss, imma għal ħuti kollha?

    Meta nirċievi l-Ewkaristija, li hija l-Miraklu tal-Ħniena,nibqa’ jien beżgħan u mistagħġeb  quddiem il-Ġisem tal-Mulej, li Miet u Qam għalina?

   Ejjew nitolbu flimkien lill-Verġni Marija, biex tgħinna nilqgħu d-Don tas-Sema f’dan is-Sinjal tal-Ħobż.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading