Ħafna jafu b’din l-istorja ta’ Paolo Coelho. Hawn min bidlitlu l-mod kif iħares lejn il-ħajja.
Kitba ta’ Joe Galea
In-negozjant inħasad x’ħin sab sajjied misrieħ idaħħan bil-pipa maġenb id-dgħajsa tiegħu.
”Għax m’intix tistagħad?”, staqsa n-negozjant.
”Għax qbadt ħut biżżejjed għal-lum.”
”Għax ma taqbadx iżjed?”
”X’nambih?”
”Taqla’ flus iżjed. Imbagħad tixtri mutur għad-dgħajsa u tkun tista’ tistagħad aktar ’il barra u b’hekk taqbad ħut iżjed”.
U kompla.
”Ikollok flus iżjed u tixtri xbieki tan-nylon. Mela iżjed ħut. Malajr ikollok biżżejjed biex tixtri żewġ dgħajjes,… jew flotta dgħajjes. Imbagħad tkun sinjur bħali.”
”Imbagħad x’nagħmel?”
”Imbagħad gawdi l-ħajja.”
U s-sajjied, bil-kalma, wieġbu:
”U X’TAĦSEB LI QED NAGĦMEL?
