Kitba ta’ P Juan De Bono ocd
Ġublew taż-żgħażagħ 2025
Il-lejla u għada filgħodu jasal fil-quċċata tiegħu l-Ġublew taż-żgħażagħ.
Ohhhh x’KONSOLAZJONI tara xmajjar ta’ żgħażagħ tant mimlija ħeġġa biex igħixu l-Vanġelu.
Huwa BISS Kristu u l-Vanġelu li jagħtu SENS SĦIĦ lil bniedem tal-bieraħ, tallum u ta’ għada.
Huwa minnu li meta tħares madwarek għandek mnejn taħbat taqta’ qalbek, imma qabel ma’ l-pessiminżmu jġorrok miegħu, DAWWAR IL-ĦARSA TIEGĦEK FUQ KRISTU, U IBQA’ F’DIRGĦAJN MARIJA SANTISSIMA.
Dan kien u se jkun il-programm tal-Ġublew taż-żgħażagħ li qiegħed jiżvolġi Ruma u fil-madwar matul din il-ġimgħa:
Tnejn 28 ta’ Lulju Iż-żgħażagħ jibdew jaslu Ruma
Tlieta 29 ta’ Lulju Quddiesa ta’ merħba Pjazza San Pietru
L-Erbgħa 30 ta’ Lulju Djalogu mal-belt ta’ Ruma
Il-Ħamis 31 ta’ Lulju Djalogu mal-belt ta’ Ruma
Il-Ġimgħa 1 ta’ Awissu Ġurnata Penitenzjali ġewwa ċ-Ċirku Massimu
Is-Sibt 2 ta’ Awwissu fit-3 ta’ wara nofsinhar Velja ta’ Talb mal-Papa ġewwa Tor Vergata
Il-Ħadd 3 ta’ Awwissu fid-9 ta’ filgħodu Quddiesa ta’ Tmiem
Nitolbu li l-Mulej imiss il-qalb ta’ mijiet ta’ żgħażagħ li qegħdin jattendu għal dan il-Ġublew mħejji għalihom ġewwa Ruma, u li żgur li Alla qiegħed isejjaħ lil xi ħadd minnhom biex iħaddan il-Ħajja Reliġjuża u Saċerdotali.
Tagħti ħajtek kompletament lil min oriġinarjament tagħilek in the first place it’s the least you can do.
Jekk persuna tagħtik borża kbira mimlija perlini, u mbagħad dan jitolbok perlina waħda, tkun vera persuna ngrata jekk ma’ ttihx mqar perlina waħda ?
Tkun tassew persuna ngrata jekk int lil Min qiegħed iħallaslek il-kontijiet tad-dawl, tiċħadlu li jiċċarġja l-mobile tiegħU minn għandek, meta dan jitiolbok!!!!!
Il-problema hi meta wieħed jaħtaf il-borża perlini minn idejn Alla, jinsa’ li kien Hu u Hu BISS li tak dik il-borża perlini in the first place, u bil-kemm ma’ tażżardax tħarislu bl-ikreh jekk jgħaddilu minn moħħu li jitolbok perlina lura!!!!!
Ohhhhhh x’ingratitudni.
Dun Ġorġ kien waqqaf il-Mużew għax darba kien sema’ Sagristan jirrispondi għad-domanda tat-tfal dwar min għamel lil Alla, billi wieġeb li Alla jagħmel lilu nnifsu.
Il-bniedem illum, aktar minn qabel jaħseb li hu għamel lilu nnifsu, u allura lil ġenituri morda jew anzjani mmorru nżururuhom u naraw x’jista’ jkollhom bżonn darba f’mitt qamar, filwaqt li lil Alla forsi għandu mnejn niftakru fih waqt li nkunu rrabjati (ovvjament biex nidgħu).
Tgħid IVA għas-sejħa ta’ Alla hija l-loġika għal kull min iduq tassew lil Alla.
Dawn il-jumejn il-Knisja qegħditilna quddiemna għal-attenzjoni tagħna lil Sant’Injazju minn Loyola, lil San Alfons Marija de Liguori u lil San John Henry Newman li lkoll skoprew lil Mulej Ġesu’ wara li kienu ġa laħqu suċċessi kbar fuq livell uman.
Il-veru suċċess tista’ tgħid li lħaqtu meta tiskopri li dik it-tarbija li twieldet ġewwa l-għar ta’ Betlem huwa l-Iben ta’ Alla u tmur u tinżel tadurah.