09/08/2025: Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Patri Leslie Gatt qal li ħafna drabi t-tazza ilma frisk li nistgħu nagħti lill-oħrajn hija billi nkunu preżenti għal xulxin, għax hawn ħafna nies li mhumiex waħidhom, iżda xorta għandhom bżonn il-preżenza ta’ xi ħadd.

https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=lph1hz4glbicw71b&skin=green&autoplay=0&ads=1
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Patri Leslie Gatt u Jurgen Calafato. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-evanġelju tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 10, 34 – 11, 1
Min isib lil ħajtu, jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha. Min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni. Min jilqa’ profeta għax hu profeta, ħlas ta’ profeta jieħu; u min jilqa’ bniedem ġust għax hu ġust, ħlas ta’ wieħed ġust jieħu. U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu”.
Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti