Il-ħajja prezzjuża. Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd

Il-ħajja hi l-aktar ħaġa prezzjuża li għandu l-bniedem.

Kull ħaġa oħra li d-dinja tikkonsidra bħala għanja, jekk jeħduhielek, b’xi mod jew ieħor forsi tista’ ġġigbha lura, imma jekk jieħdulek ħajtek, daqshekk, la tmut ma titstax terġa tiġi lura jekk mhux b’miraklu ta’ Alla.

Il-ħajja (tal-oħrajn) saret ma tiswa xejn għal uħud

B’danakollu donnu l-aktar f’dan l-aħħar seklu, il-ħajja saret ma tiswa xejn.

Ix-xena turi arloġġ antik li qed idub fl-art, li jissimbolizza ż-żmien li jgħaddi. Madwaru, stampi suwed u bojod ta’ għexieren ta’ snin imgħoddija jisparixxu fl-isfond, filwaqt li pajsaġġi urbani moderni jogħlew, mimlija bit-tniġġis, il-konsumiżmu, u folol bla wiċċ. Imma fuq quddiem, fjura fraġli qed tikber mill-konkrit imxaqqaq. Din tissimbolizza t-tama fost it-taħsir.

Mhix ċajta tafx, miljuni maqtula f’kampijiet ta’ konċentrament sempliċement għax xi ħadd iddeċieda li dawn ma kellhomx dritt li jgħixu, għax skond dawn dawk maqtula kienu ta’ razza inferjuri minn ta’ min qatilhom u għalhekk kien hemm bżonn li r-razza ‘titnaddaf’.

Bħalissa qegħdin spiss nirriflettu f’pajjiżna dwar mwiet kaġunati minn sewqan perikoluż, dwar sewqan taħt l-effett tal-alkoħol jew tad-droga, dwar l-użu tad-droga qerrieda, dwar il-qtil tal-ħajja waqt li tkun fil-ġuf tal-omm, jew dwar li persuni li jkunu jistgħu joqtlu lilhom nfushom meta t-tobba jgħidulhom li jkun fadlilhom sitt xhur ħajja.

Bħalissa wkoll miljuni ta’ suldati u nies ċivili qegħdin jinqatlu f’gwerer stupidi bħal dik f’Gaża, l-Ukrajna u pajjiżi oħra.

Insomma rajna u qegħdin naraw quddiem għajnejna kemm sar hafif li bniedem teliminah darba għal dejjem minn wiċċ din id-dinja.

Qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann Battista

Illum qegħdin niċċelebraw u nfakkru meta l-akbar fost il-profeti ġie maqtul: Ġwanni l-Battista.

Iwa x’għamel ħażin dan Ġwanni l-Battista biex jinqatel b’mod daqshekk brutali ? Kemm jista’ jsir krudili l-bniedem meta l-verita’ ma tkunx iddoqq għal widnejh ?

Erodi, spiċċa għalaq lil Ġwanni l-Battista f’ħabs, anki jekk kien jieħu pjaċir joqgħod jisimgħu.

Il-ħażin (id-dnub) jew taqtagħlu rasu jew jaqtagħlek tiegħek hu

L-aħwa L-ĦAŻIN (id-dnub) JEW TAQTAGĦLU RASU MAL-EWWEL, JEW JISPIĊĊA HUWA JAQTAGĦLEK RASEK. M’hemmx triq oħra. Il-ħażin QATT ma nistgħu nsejħulu tajjeb, u qatt ma jsir tajjeb. Frotta ħażina ma ssirx tajba. Il-volpi fl-istorja ta’ Little red riding hood, anki jekk liebes bħat-tifla ċkejkna xorta volpi baqa’.

Il-Knisja tibqa’ tippriedka l-Vanġelu

U llum il-Knisja, bħal Ġwanni l-Battista tibqa’ tgħallem il-Vanġelu, u l-ħażin tibqa’ ssejjaħlu ħażin.

Il-Knisja ma tistax tagħmel mod ieħor jekk trid tibqa’ fidila mat-tagħlim ta’ Ġesu’.

Il-Knisja MA TISTA’ QATT TIMXI MAS-SUQ, suq li dak li hu mgħawweġ issa spiċċat issejjaħlu dritt.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading