Att ta’ Affidament lill-Verġni Mqaddsa Marija mill-Papa Ljun XIV

ATT TA’ AFFIDAMENT

LILL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

mill-Q.T. il-Papa Ljun XIV

fil-Ġublew tal-Ispiritwalità Marjana

Pjazza San Pietru

Il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2025

Verġni Mqaddsa,

Omm ta’ Kristu t-Tama tagħna,

il-preżenza attenta tiegħek

f’din is-Sena ta’ Grazzja

sseħibna u tfarraġna

u tul l-iljieli tal-istorja

troddilna ċ-ċertezza

li fi Kristu l-ħażen hu mirbuħ

u kull bniedem hu mifdi minn imħabbtu.

Dixxiplu perfett tal-Mulej,

li f’qalbek għożżejt il-ħwejjeġ kollha,

għallimna nagħtu widen għall-Kelma

u nifhmuha fil-qalb tagħna

biex nimxu fiż-żgur it-triq tal-qdusija.

Lill-Qalb Bla Tebgħa tiegħek

nafdaw id-dinja u l-umanità kollha,

speċjalment lil uliedek

itturmentati mill-flaġell tal-gwerra.

Avukata tal-grazzja,

urina t-triq

tar-rikonċiljazzjoni u tal-maħfra,

u la tonqosx li tidħol għalina,

fil-ferħ u fin-niket,

u iksbilna d-don tal-paċi

li tant neħtieġu.

Omm il-Knisja,

fit-tjieba tiegħek ilqagħna,

biex taħt il-mant tiegħek

nistgħu nsibu l-kenn,

u jkollna l-għajnuna tiegħek ta’ omm

qalb it-tiġrib tal-ħajja.

Miegħek, o Verġni Immakulata,

infaħħru lill-Mulej,

u nagħrfu f’kull mument

l-għemejjel kbar ta’ mħabbtu.

Verġni Mqaddsa,

Omm Imtellgħa s-Sema,

Sultana tal-paċi,

Sinjura tal-Qalb Bla Tebgħa,

itlob għalina!

Miġjub għall-Malti minn Francesco Pio Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading