L-Organizzazzjoni Internazzjonali, Worldpriest kienu profondament onorati meta rċevew il-Barka Appostolika mingħand il-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun XIV b’rikonoxximent tal-ħidma tagħhom fl-organizzazzjoni annwali tal-Global Rosary Relay. Dan huwa Katina ta’ Ruiżarju għall-qdusija tas-saċerdoti li jsir kull sena madwar id-Dinja kollha fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù,

Il-barka ngħatat f’Settembru li għadda, b’rikonoxximent tal-parteċipazzjoni dinjija f’dan l-avveniment annwali notevoli. Il-Qdusija Tiegħu awgura lil organizzaturi u lil dawk li jieħdu sehem, li t-talb tagħhom ikun għajn ta’ saħħa għas-saċerdoti kollha sabiex dawn iwettqu aħjar il-missjoni tagħhom bħala rgħajja u gwidi tal-merħla fdata lilhom.
Il-Worldpriest laqgħu dan ir-rikonoxximent b’umiltà immensa u bi gratitudni mill-qalb. Huma stqarrew li din il-barka u l-approvazzjoni tas-Santa Sede mhux biss jaffermaw il-missjoni tagħhom, iżda tħeġġħhom u tispirahom biex ikomplu jwettquha b’imħabba u fedeltà.