Ċelebrazzjoni tal-1700 sena tal Konċilju ta’ Niċea.

L-Ewwel Konċilju Ekumeniku tal-Knisja kien dak ta’ Niċea fis-Sena 325.

Dam għaddej xahrejn u tnax-il ġurnata. Ħadu sehem 318-il Isqof, bl-Isqof Hosius ta’ Cordova ikun preżenti bħala l-Legat tal-Papa Silvestru.

L-Imperatur Konstantinu kien preżenti wkoll. Lil dan il-Konċilju nafu l-Kredu ta’ Niċea, li irribatta t-tagħlim ta’ Arius u ta t-tifsira tad-Divinità ta’ l-Iben t’Alla.

Kien f’dan il-Konċilju li d-data ta’ Għid ġiet iffissata, biex ma jiġix iċċelebrat fl-istess jum tal-Għid tal-Lhud kif kienu jridu dawk imsejħa bħala ’Quartodecimans’.

Ara wkoll paġna bil-lista kollha tal-Konċilji Ekumeniċi tal-Knisja kif ukoll b’aktar taghrif dwarhom … https://laikos.org/Koncilji_Index.htm

Minn hawn tista’ ssib ukoll bil-Malti, id-dokumenti kollha tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II … https://www.laikos.org/vat2/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading