Miġjub għall-Malti u mmużikat minn Francesco Pio Attard
Inti l-Qaddis, o Mulej Alla,
inti li tagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb.
Int l-Aktar Għoli, li tista’ kollox,
Missier qaddis, Sultan tal-art u s-sema.
Fi Tliet Persuni,
int Mulej Wieħed.
Inti it-tjieba, int fuq kull tjieba,
inti l-imħabba, inti il-Veru,
int umiltà, int għerf fuq kull għerf ieħor.
Int Ġmiel tal-għaġeb, int vera paċi,
inti l-kenn tagħna, int hena u ferħ dejjiemi,
inti it-tama, inti l-ġustizzja,
inti il-qies, u fik jinsab kull għana.
Int li tħarisna, int tassew ġwejjed,
int tgħasses fuqna, b’dirgħajk tqawwina,
inti imħabba, fidi u tama,
inti il-ħlewwa kollha ta’ ħajjitna.
Inti il-ħajja li m’għandhiex temma,
Mulej Sid tagħna, ismek l-Aktar Għoli,
Ħallieq tal-għaġeb, int tista’ kollox,
o Feddej twajjeb li b’ħnientek salvajtna.
… https://www.youtube.com/watch?v=n0ln3i2gB40
… https://www.marcofrisina.com/musica/testi-dei-canti/lodi-allaltissimo.html