Talb tal-interċessjoni fit-33 Ħadd matul is-Sena Ċ

V …   Imsaħħin mill-wegħda li tana Ġesù fl-Evanġelju li “xagħra waħda minn raskom ma tintilifx”, ejjew inressqu t-talb tagħna lill-Missier filwaqt li nitolbuh iżommna sħaħ sal-aħħar.

1. Għall-Knisja mxerrda mad-dinja biex ma tieqaf qatt tfakkar lill-bnedmin fis-sema pajjiżhom. Nitolbu

2. Għal dawk li għandhom ir-responsabbiltà fit-tmexxija tal-ġnus, biex ikunu strumenti tal-verità. Nitolbu

3. Għal dawk li jinsabu fil-ħabsijiet minħabba t-twemmin tagħhom biex jitħaddnu mill-preżenza tiegħek li takkumpanjahom. Nitolbu

4. Għalina, biex nintelqu f’idejk u nagħrfu li minna tistenna li nagħtu xhieda tiegħek. Nitolbu

V …   Missier, eħlisna minn kull deni u ddaħħalniex fit-tiġrib aħna u nistennew il-miġja ta’ Kristu Sidna Ibnek li miegħek u mal-Ispirtu jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading