Messaġġ tal-Papa Ljun XIV lill-Knejjes tan-nofsinhar miġbura f’Behlem

MESSAĠĠ BIL-VIDJO TAL-QDUSIJA TIEGĦU LJUN XIV
LILL-KNEJJES PARTIKOLARI TAN-NOFSINHAR TAD-DINJA MIĠBURIN FIL-MUŻEW AMAŻ

ONIKU F’BELÉM
[17 ta’ Novembru, 2025]

Insellem lil-Knejjes partikolari tan-Nofsinhar tad-Dinja miġburin fil-Mużew Amażoniku f’Belém u ningħaqad mal-leħen profetiku ta’ ħuti l-Kardinali li ħadu sehem fis-sessjoni COP30, fejn qalu lid-dinja bil-kliem u bil-ġesti, li r-reġjun tal Amazon għadu simbolu ħaj tal-ħolqien u għandu bżonn kura urġenti.

Intom għażiltu t-tama u l-azzjoni minflok id-disperazzjoni u bnejtu komunità globali li taħdem f’għaqda waħda.  Dan ġab progress, imma mhux biżżejjed.  It-tama u d-determinazzjoni jeħtieġu t-tiġdid mhux bil-kliem biss u bix-xewqat iżda wkoll permezz ta’ azzjonijiet konkreti.

Il-Ħolqien qed jerfa’ leħnu permezz ta’ għarar, nixfa, tempesti u sħana bla ħniena.   Persuna minn tlieta qed tgħix f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà minħabba dan it-tibdil fil-klima.  Għalihom it-tibdil fil-klima mhux theddida mbiegħda, u li ninjoraw lil dal-persuni jfisser li nkunu qed ninnegaw l-umanità komuni tagħna.  Għad hemm żmien biex  iż-żjieda fit-temperatura globali nżommuha taħt 1.5 gradi ċentigradi, imma t-tieqa qed tingħalaq.  Bħala ħarriesa ta’ dak li ħalaq Alla għandna dmir li nieħdu azzjoni minnufih, bil-fidi u l-profezija, biex nindukraw id-don li Hu afdalna f’idejna.

Il-Ftehim ta’ Pariġi ġab progress konkret u baqa’ jkun l-aktar strument qawwi biex jitħarsu l-persuni u l-pjaneta.  Iżda rridu nkunu onesti: mhux il-Ftehim qed ifalli, imma qed infallu aħna bit-tweġiba tagħna.  Hemm nuqqas ta’ rieda politika minn xi wħud.  Il-leadership awtentika tfisser servizz u tweżin b’mod li verament tagħmel differenza.  Azzjonijiet klimatiċi aktar deċiżi joħolqu sistemi ekonomiċi aktar b’saħħithom u aktar ġusti.  Azzjonijiet u politika verament serji dwar il-klima jkunu t-tnejn li huma investiment f’dinja aktar ġusta u stabbli.

Ejjew nimxu id f’id max-xjenzjati, mal-mexxejja u l-pastors ta’ kull nazzjon u twemmin.  Inkunu l-ħarriesa tal-maħluq mhux għedewwa ta’ xulxin biex niġbru dak li jifdal.  Ejjew flimkien nibagħtu messaġġ globali u ċar: in-nazzjonijiet li b’solidarjetà li ma tiġġarrafx huma favur tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-koperazzjoni klimatika.

Jalla dal-Mużew Amażoniku jibqa’ mfakkar bħala mkien li fih l-umanità għażlet il-koperazzjoni minflok il-firda u n-negazzjoni.

U jalla l-Mulej iberikkom fl-isforzi tagħkom biex tkomplu tindukraw dak li ħalaq Alla.  Fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Miġbub għall-Malti minn Joe Huber

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading