Ġesù ma jħarisx lejn tikketti imma lejn il-qalb. Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

It-Tnejn, 1 ta’ Diċembru 2025: Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’ Quddiesa ta’ radd il-ħajr mal-gradwati ġodda ta’ IDEA College. Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta.

    Ritratt: L-Arċidjoċesi ta’ Malta: Ian Noel Pace

    L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

    Ġesù jifraħ bil-fidi ta’ raġel li kien ġej mill-pagani.(Mt 8: 5-13). Jagħtina s-sinjal li hu japprezza l-fidi ġejja minn fejn ġejja. Ma jħarisx lejn l-uċuħ, ma jħarisx lejn it-tikketti, imma jħares lejn il-qalb. U diġà f’wieħed mill-ewwel Evanġelji ta’ din il-mixja tal-Avvent, li twassalna għall-Milied, nindunaw xi trid tkun it-triq ta’ dan l-istaġun: trid tkun it-triq tal-qalb.

    Aħna nogħxew bit-tiżjin bil-festi, bis-sbuħija ta’ dak kollu li hemm madwarna, imqar tmur Triq ir-Repubblika u taraha mżejna b’mod sabiħ, imma dak kollu għandu jkun stedina biex il-qalb tagħna f’dak l-istaġun issib il-paċi, titgħallem tistrieħ, tassew hemm it-tajjeb, hemm is-sabiħ hemm is-sewwa.

    Wara kollox dan iċ-ċenturjun (Mt 8:5-13) rappreżentant tal-Imperu Ruman tassew kellu qalb kbira, u kellu umiltà kbira ukoll. “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi, iżda int għid kelma biss u l-qaddej tiegħi jfieq” (Mt 8:8). Ġesù apprezzaha din l-umiltà taċ-ċenturjun u aħna nfakkru u nużaw l-istess kliem f’kull quddiesa, meta qabel it-tqarbin lill-Mulej ngħidlu, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi, iżda għid kelma waħda biss u ruħi tkun imfejqa.”

    Din l-umiltà li l-Mulej japprezza u li għalina hi wkoll triq li tħejjijna niltaqgħu miegħu. Napprezza ħafna wkoll f’dan iċ-ċenturjun li kien bniedem ta’ poter, l-inkwiet tiegħu għall-qaddej tiegħu. Kellu tmexxija sabiħa, tant li jieħu ħsieb anki l-qaddejja, ħa l-intrigu biex ifittex lil Ġesù u jgħidlu “id-dar għandi qaddej mixħut, mifluġ, batut wisq.” Mhux ibnu, mhux wieħed mill-familja stretta tiegħu, imma qaddej tiegħu. Imma jitlob lil Ġesù jfejqu lil qaddej tiegħu. Jiena nawguralkom li fil-ħajja tagħżlu dan it-tip ta’ tmexxija li jieħu ħsieb kulħadd. A caring leadership. U li fil-ħajja tagħkom ukoll tapprezzaw it-triq tal-qalb, dik li tagħraf is-sewwa, li tkun imħabba u servizz għal kulħadd.

    I would like to greet our English-speaking friends, and as I congratulate you on your achievements in the light of the gospel which we read, a centurian (Mt 8:5-13), a representative of the Roman Empire, goes and tries to ask Jesus a huge favour. He has a servant who is sick, and he asks Jesus for healing, but he also has great humility, he tells Jesus, “I’m not worthy to recieve you at home, say one word and my servant will be healed” (Mt 8:8). Great humility but also a caring leadership. A leader who takes care of all of his family, himself and his family, but also his servants, I would say, his employees. I pray over you that in life you adopt a caring leadership, that you may walk your journey in life with your heart as a guide, not your pockets or your bank accounts, but your hearts.

    ✠ Charles Jude Scicluna
        Arċisqof ta’ Malta


    Qari tal-quddiesa
    Qari: Iż 4: 2-6
    Salm: Salm 121 (122), 1-2.3-4a. 4b-5.6-7.8-9,
    L-Evanġelju: Mt 8: 5-11

    Sors: www.knisja.mt
    Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

    Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

    Discover more from Laikos

    Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

    Continue reading